Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CO0546

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Frar 2023.
    Fundacja Instytut na rzecz Kultury Prawnej Ordo Iuris vs Il-Parlament Ewropew.
    Appell – Rikors għal annullament – Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea – Rappreżentanza tal-partijiet fir-rikorsi diretti quddiem il-qrati tal-Unjoni Ewropea – Avukat li għandu l-kwalità ta’ terz fir-rigward tar-rikorrent – Rekwiżit ta’ indipendenza – Avukat li jipprattika fl-istess uffiċċju legali bħall-president tal-rikorrent.
    Kawża C-546/21 P.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2023:123

     Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal‑15 ta’ Frar 2023 –
    Fundacja Instytut na rzecz Kultury Prawnej Ordo Iuris vs Il-Parlament

    (Kawża C‑546/21 P)

    “Appell – Rikors għal annullament – Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea – Rappreżentanza tal-partijiet fir-rikorsi diretti quddiem il-qrati tal-Unjoni Ewropea – Avukat li għandu l-kwalità ta’ terz fir-rigward tar-rikorrent – Rekwiżit ta’ indipendenza – Avukat li jipprattika fl-istess uffiċċju legali bħall-president tal-rikorrent”

    Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-firmatarju – Kwalità ta’ terz fir-rigward tal-partijiet – Rikorrent irrappreżentat minn avukat li jipprovdi servizzi legali fi ħdan iċ-ċentru tal-litigazzjoni ta’ din il-parti u li jikkollabora mal-president tiegħu fl-istess uffiċċju legali – Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżit ta’ indipendenza – Assenza

    (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 19; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 51(1))

    (ara l-punti 29 sa 43)

    Dispożittiv

    1) 

    Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal‑5 ta’ Lulju 2021, Fundacja Instytut na rzecz Kultury Prawnej Ordo Iuris vs Il-Parlament (T‑42/21, mhux ippubblikata, EU:T:2017:481), hija annullata.

    2) 

    Il-Kawża T‑42/21 għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

    3) 

    L-ispejjeż huma rriżervati.

    Top