Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CO0493

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Marzu 2022.
Proċeduri kriminali kontra K. M.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika komuni tas-sajd - Regolament (KE) Nru 1224/2009 - Sistema ta’ kontroll sabiex tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd – Artikolu 89 - Miżuri intiżi sabiex tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli Artikolu 90 - Sanzjonijiet kriminali - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Interpretazzjoni tas-sentenza tal-11 ta’ Frar 2021, K. M. (Sanzjonijiet imposti fuq il-kaptan tal-bastiment) (C-77/20, EU:C:2021:112.
Kawża C-493/21.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2022:191

 Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Marzu 2022 – K. M. ((Sanzjonijiet imposti fuq il-kaptan tal-bastiment - II)

(Kawża C-493/21) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Politika komuni tas-sajd – Regolament (KE) Nru 1224/2009 – Sistema ta’ kontroll sabiex tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd – Artikolu 89 – Miżuri intiżi sabiex tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli Artikolu 90 – Sanzjonijiet kriminali – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Interpretazzjoni tas-sentenza tal-11 ta’ Frar 2021, K. M. (Sanzjonijiet imposti fuq il-kaptan tal-bastiment) (C-77/20, EU:C:2021:112”

1. 

Sajd – Politika komuni tas-sajd – Miżuri ta' kontroll – Obbligi ta' stħarriġ u ta' repressjoni tal-Istati membri – Sanzjonijiet – Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri – Limiti – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Obbligu li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi konkreti u partikolari ta’ kull każ – Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(3); Regolament tal-Kunsill Nru 1224/2009, premessa 39 u Artikoli 89 u 90)

(ara l-punti 12 sa 16)

2. 

Sajd – Politika komuni tas-sajd – Miżuri ta' kontroll – Obbligi ta’ stħarriġ u ta’ repressjoni tal-Istati membri – Użu ta’ tagħmir ta’ għażla awtomatiku – Sanzjonijiet – Impożizzjoni ta’ multa u qbid obbligatorju tal-qbid u tal-attrezzar tas-sajd ipprojbit jew mhux konformi – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Verifika mill-qorti nazzjonali

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(3); Regolamenti tal-Kunsill Nru 850/98, Artikolu 32(1), u Nru 1224/2009, premessa 39 u Artikoli 89 u 90)

(ara l-punti 21, 22, 27 u d-dispożittiv)

3. 

Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali – Stabbiliment u evalwazzjoni tal-fatti tat-tilwima – Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja

(Artikolu 267 TFUE)

(ara l-punt 24)

4. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea – Effett dirett – Supremazija – Obbligi tal-qrati nazzjonali

(ara l-punt 25)

Dispożittiv

L-Artikoli 89 u 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-qrati nazzjonali għandhom jevalwaw, skont il-kriterji ta’ evalwazzjoni pprovduti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-11 ta’ Frar 2021, K. M. (Sanzjonijiet imposti fuq il-kaptan tal-bastiment) (C-77/20, EU:C:2021:112), jekk, fir-rigward tal-ksur imwettaq, inkluża s-serjetà tiegħu, il-qbid obbligatorju tal-qabdiet u l-irkaptu tas-sajd kollu misjub abbord il-bastiment ikkonċernat huwiex proporzjonat mal-kisba tal-għan leġittimu segwit mill-projbizzjoni tal-apparat ta’ klassifikazzjoni prevista fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 850/98 tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar, kif emendat bir- Regolament (UE) Nru 227/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013, u biex jeżamina, jekk meħtieġ, il-ħtieġa li jiġi aġġustat, immodulat jew attenwat il-kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-qbid tal-qabdiet u tat-tagħmir tas-sajd.


( 1 ) ĠU C 401, 4.10.2021.

Top