Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CJ0759

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-13 ta’ Lulju 2023.
Nippon Chemi-Con Corporation vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell – Awtentikazzjoni ta’ sentenza mill-Qorti Ġenerali – Artikolu 118 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali – Kopja tas-sentenza li għandha tiġi nnotifikata – Firma tal-imħallfin – Akkordji – Artikolu 101 TFUE – Suq tal-kapaċitaturi elettroniċi tat-tantalju u tal-aluminjun – Ftehimiet u prattiki miftiehma fir-rigward ta’ diversi elementi tal-prezzijiet – Kunċett ta’ ksur ‘minħabba l-għan’ – Oneru tal-prova tal-Kummissjoni Ewropea – Portata ġeografika ta’ aġir antikompetittiv – Ksur uniku u kontinwu – Multa – Kalkolu tal-ammont bażiku – Bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni – Ċirkustanzi attenwanti – Ġurisdizzjoni sħiħa.
Kawża C-759/21 P.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2023:577

 Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat‑13 ta’ Lulju 2023 –
Nippon Chemi-Con Corporation vs Il‑Kummissjoni

(Kawża C‑759/21 P) ( 1 )

“Appell – Awtentikazzjoni ta’ sentenza mill-Qorti Ġenerali – Artikolu 118 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali – Kopja tas-sentenza li għandha tiġi nnotifikata – Firma tal-imħallfin – Akkordji – Artikolu 101 TFUE – Suq tal-kapaċitaturi elettroniċi tat-tantalju u tal-aluminjun – Ftehimiet u prattiki miftiehma fir-rigward ta’ diversi elementi tal-prezzijiet – Kunċett ta’ ksur ‘minħabba l-għan’ – Oneru tal-prova tal-Kummissjoni Ewropea – Portata ġeografika ta’ aġir antikompetittiv – Ksur uniku u kontinwu – Multa – Kalkolu tal-ammont bażiku – Bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni – Ċirkustanzi attenwanti – Ġurisdizzjoni sħiħa”

1. 

Appell – Aggravji – Aggravju bbażat fuq in-nuqqas ta’ firma ta’ sentenza mill-imħallfin li pparteċipaw fid-deliberazzjonijiet – Miżuri ta’ organizzazzjoni speċifiċi implimentati fil-Qorti Ġenerali sabiex tiġi żgurata t-tkomplija tal-funzjonament tagħha fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 – Regolarità tal-firma ggarantita mir-Reġistratur fl-ittra tiegħu annessa għas-sentenza

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 35(1) u 118)

(ara l-punti 50 sa 55)

2. 

Akkordji – Projbizzjoni – Ksur – Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku – Imputazzjoni ta’ responsabbiltà lil impriża għall-ksur kollu – Kundizzjonijiet – Prattiki u aġir li jikkostitwixxi ksur li jagħmlu parti minn pjan generali – Evalwazzjoni – Kriterji – Kontribut għall-uniku għan tal-ksur

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punt 113)

3. 

Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Kamp ta’ applikazzjoni territorjali – Akkordju bejn impriżi stabbiliti barra ż-Żona Ekonomika Ewropea iżda li huwa implimentat u li jipproduċi l-effetti tiegħu fis-suq intern – Bejgħ fl-Unjoni tal-prodott suġġett għal kartell – Kompetenza tal-Kummissjoni biex tapplika r-regoli ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni

(Artikolu 101 TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53)

(ara l-punti 170 sa 173)

4. 

Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Metodu ta’ kalkolu indikat mil-Linji Gwida adottati mill-Kummissjoni – Possibbiltà ta’ devjazzjoni mill-imsemmi metodu biex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-partikolaritajiet tal-kawża – Oneru tal-prova tal-eżistenza ta’ tali partikolaritajiet li jaqa’ fuq l-impriża kkonċernata

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)a; Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

(ara l-punt 195)

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħud.

2) 

Nippon Chemi-Con Corporation hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha, għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


( 1 ) ĠU C 64, 22.1.2014.

Top