EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CJ0668

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Frar 2023.
"Druvnieks" SIA vs Lauku atbalsta dienests.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Għajnuna għall-iżvilupp rurali – Regoli komuni – Regolament (UE) Nru 1306/2013 – Artikolu 60 – Klawżola ta’ ċirkomvenzjoni – Kunċett ta’ ‘kundizzjonijiet maħluqa artifiċjalment’ – Ċaħda ta’ applikazzjoni għal għajnuna fid-dawl tas-sitwazzjoni li fiha tinstab impriża li hija proprjetà tal-istess proprjetarju tal-impriża li applikat għall-għajnuna inkwistjoni.
Kawża C-668/21.

Court reports – general

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2023:82

 Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 –
Druvnieks

(Kawża C-668/21) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Għajnuna għall-iżvilupp rurali – Regoli komuni – Regolament (UE) Nru 1306/2013 – Artikolu 60 – Klawżola ta’ ċirkomvenzjoni – Kunċett ta’ ‘kundizzjonijiet maħluqa artifiċjalment’ – Ċaħda ta’ applikazzjoni għal għajnuna fid-dawl tas-sitwazzjoni li fiha tinstab impriża li hija proprjetà tal-istess proprjetarju tal-impriża li applikat għall-għajnuna inkwistjoni”

Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Finanzjament mill-FAEŻR – Għajnuna għall-iżvilupp rurali – Regoli komuni – Klawżola ta’ ċirkomvenzjoni – Kundizzjonijiet maħluqa artifiċjalment – Kunċett – Kundizzjonijiet ta’ ċaħda ta’ applikazzjoni għal għajnuna previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali li ma humiex sodisfatti mill-applikant għall-għajnuna kkonċernata, iżda minn impriża oħra proprjeta tal-istess proprjetarju bħala din tal-aħħar – Applikant li ħa l-attività agrikola ta’ din l-impriża l-oħra – Inklużjoni – Kundizzjonijiet

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1306/2013, Artikolu 60)

(ara l-punti 26 sa 28, 31 sa 39, 42 sa 45 u d-dispożittiv)

Dispożittiv

1) 

L-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas 17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

sitwazzjoni li fiha l-kundizzjonijiet għaċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għal għajnuna, ippreżentata abbażi tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, ma humiex sodisfatti mill-applikant għall-għajnuna kkonċernata, iżda minn impriża oħra proprjetà tal-istess proprjetarju bħala din tal-aħħar, li l-attività agrikola tagħha ttieħdet mill-applikant, tista’ tkun koperta mill-kunċett ta’ “kundizzjonijiet maħluqa artifiċjalment”, fis-sens ta’ dan l-artikolu, sakemm, minn naħa, miċ-ċirkustanzi oġġettivi kollha jirriżulta li, minkejja l-osservanza formali tal-kundizzjonijiet previsti mill-imsemmija leġiżlazzjoni, l-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali ma ntlaħaqx u, min-naħa l-oħra, li tiġi stabbilita r-rieda li jinkiseb vantaġġ li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea billi jinħolqu artifiċjalment il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-ksib tagħha.

2) 

L-Artikolu 60 tar-Regolament Nru 1306/2013 għandha tiġi interpretata fis-sens li dan jista’ jiġi applikat minkejja li ma tkun ġiet imposta ebda sanzjoni amministrattiva fuq l-applikant għall-għajnuna kkonċernata jew fuq il-proprjetarju ta’ dan tal-aħħar.


( 1 ) ĠU C 37. 24.1.2022.

Top