This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CJ0544
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022.
ID vs Stadt Mainz.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Direttiva 2006/123/KE – Artikolu 15(1), (2)(g), u (3) – Servizzi fis-suq intern – Onorarji tal-periti u tal-inġiniera – Tariffi minimi obbligatorji – Effett dirett tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni u inapplikabbiltà eventwali tal-leġiżlazzjoni nazzjonali.
Kawża C-544/21.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022.
ID vs Stadt Mainz.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Direttiva 2006/123/KE – Artikolu 15(1), (2)(g), u (3) – Servizzi fis-suq intern – Onorarji tal-periti u tal-inġiniera – Tariffi minimi obbligatorji – Effett dirett tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni u inapplikabbiltà eventwali tal-leġiżlazzjoni nazzjonali.
Kawża C-544/21.
Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2022:843
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id‑Disa’ Awla) tas‑27 ta’ Ottubru 2022 –
Stadt Mainz
(Kawża C‑544/21) ( 1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Direttiva 2006/123/KE – Artikolu 15(1), (2)(g), u (3) – Servizzi fis-suq intern – Onorarji tal-periti u tal-inġiniera – Tariffi minimi obbligatorji – Effett dirett tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni u inapplikabbiltà eventwali tal-leġiżlazzjoni nazzjonali”
1. |
Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Servizzi fis-suq intern – Direttiva 2006/123 – Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis – Kuntratt konkluż qabel id-dħul fis-seħħ tad-direttiva u li eżawrixxa l-effetti kollha tiegħu qabel id-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni ta’ din – Esklużjoni (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/123, Artikolu 44(1) u 45) (ara l-punti 19 sa 20, 23, 24, u d-dispożittiv) |
2. |
Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Limiti – Domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli – Domanda magħmula fuq tilwima li qamet fi Stat Membru wieħed biss – Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-onorarji ta’ periti u ta’ inġiniera – Partijiet stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat u servizzi pprovduti fit-territorju ta’ dan – Inammissibbiltà (Artikoli 49 TFUE u 267 TFUE) (ara l-punti 26 sa 29, 31 sa 33) |
Dispożittiv
Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, ma tapplikax għal sitwazzjoni li fiha kuntratt ġie konkluż qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva u fejn dan il-kuntratt ikun eżawrixxa l-effetti kollha tiegħu qabel l-iskadenza għat-traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva.
( 1 ) ĠU C 2, 3.1.2022.