Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CJ0442

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022.
ITD, Brancheorganisation for den danske vejgodstransport A/S u Danske Fragtmænd A/S vs Il-Kummissjoni Ewropea.
(Appell – Għajnuna mill-Istat – Settur postali – Provvista tas-servizz universali – Kalkolu – Metodu tal-ispejjeż netti evitati – Teħid inkunsiderazzjoni tal-benefiċċji intanġibbli attribwibbli għas-servizz universali – Użu ta’ fondi mogħtija għall-kumpens – Garanzija li tkopri l-ispejjeż tat-tkeċċija ta’ ċerta kategorija ta’ impjegati fil-każ ta’ falliment tal-fornitur tas-servizz universali – Tqassim kontabbli tal-ispejjeż komuni għall-attivitajiet li jaqgħu taħt is-servizz universali u dawk li ma jaqgħux taħtu – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern).
Kawża C-442/21 P.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2022:872

 Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 – ITD u Danske Fragtmænd vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-442/21 P) ( 1 )

“(Appell – Għajnuna mill-Istat – Settur postali – Provvista tas-servizz universali – Kalkolu – Metodu tal-ispejjeż netti evitati – Teħid inkunsiderazzjoni tal-benefiċċji intanġibbli attribwibbli għas-servizz universali – Użu ta’ fondi mogħtija għall-kumpens – Garanzija li tkopri l-ispejjeż tat-tkeċċija ta’ ċerta kategorija ta’ impjegati fil-każ ta’ falliment tal-fornitur tas-servizz universali – Tqassim kontabbli tal-ispejjeż komuni għall-attivitajiet li jaqgħu taħt is-servizz universali u dawk li ma jaqgħux taħtu – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern)”

1. 

Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta' żnaturament – Motiv ibbażat fuq l-iżnaturament tal-provi – Neċessità li jiġu indikati b’mod preċiż l-elementi żnaturati u li jintwerew l-iżbalji ta’ analiżi li jkunu wasslu għal dan l-iżnaturament

(Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 168(1)(d))

(ara l-punti 73 sa 78, 84, 137)

2. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali – Kumpens għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-funzjoni ta’ servizz pubbliku – Kumpens għall-ispejjeż tat-tkeċċija ta’ ex uffiċjali fil-każ ta’ falliment tal-fornitur tas-servizz universali – Ammissibbiltà

(Artikolu 106(2) TFUE ; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2012/C 8/03, punti 7, 21 u 9)

(ara l-punti 97 sa 105)

3. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti ta’ vantaġġ lill-benefiċjarji – Garanzija tal-Istat mogħtija lil impriża mingħajr korrispettiv u li tkopri l-kumpens għat-tkeċċija tal-ex uffiċjali fil-każ ta’ falliment tal-impriża – Inklużjoni – Kundizzjonijiet – Titjib tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża – Assenza

Artikolu 107(1) TFUE ;

(ara l-punti 113 sa 115)

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħud.

2) 

ITD, Brancheorganisation for den danske vejgodstransport A/S u Danske Fragtmænd A/S huma kkundannati, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3) 

Ir-Renju tad-Danimarka u Post Danmark għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


( 1 ) ĠU C 382, 20.9.2021.

Top