This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TO0722
Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Settembru 2021.
Far Polymers Srl et vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Rikors għal annullament – Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw miċ-Ċina – Dazju antidumping definittiv – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ implimentazzjoni – Inammissibbiltà.
Kawża T-722/20.
Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Settembru 2021.
Far Polymers Srl et vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Rikors għal annullament – Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw miċ-Ċina – Dazju antidumping definittiv – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ implimentazzjoni – Inammissibbiltà.
Kawża T-722/20.
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2021:598
Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal‑14 ta’ Settembru 2021 – Far Polymers et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T‑722/20)
“Rikors għal annullament – Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw miċ-Ċina – Dazju antidumping definittiv – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ implimentazzjoni – Inammissibbiltà”
1. |
Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Inċidenza diretta – Kriterji – Regolament li jimponi dazji antidumping – Inċidenza diretta ta’ importatur tal-prodott ikkonċernat (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni 2020/1336) (ara l-punti 22, 23) |
2. |
Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Inċidenza individwali – Kriterji – Regolament li jimponi dazji antidumping – Rikors ippreżentat minn importatur indipendenti – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni 2020/1336) (ara l-punti 27, 29 sa 34, 42) |
3. |
Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kunċett ta’ att regolatorju fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi – Regolament li jimponi dazji antidumping – Inklużjoni – Att li jinkludi miżuri ta’ implimentazzjoni fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni tat-Trattat – Eżistenza ta’ rimedji ġudizzjarji interni fil-konfront ta’ dawn il-miżuri – Inammissibbiltà ta’ rikors għal annullament (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolomanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 952/2013, Artikoli 1(5), 44, 101(1), 102(1) u 104, u 2016/1036, Artikoli 9(4) u 14(1); Regolament tal-Kummissjoni 2020/1336) (ara l-punti 54 sa 56, 58 sa 61, 63, 64, 66, 68 sa 71) |
4. |
Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Kundizzjonijiet ta’ natura kumulattiva – Inammissibbiltà tar-rikors fil-każ li waħda biss minn dawn il-kundizzjonijiet ma tkunx issodisfatta (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 82) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1336, tal 25 ta’ Settembru 2020, li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU 2020, L 315, p. 1)
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli |
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa minn Kuraray Europe GmbH, minn Sekisui Specialty Chemicals Europe SL u minn Wegochem Europe BV. |
3) |
Far Polymers Srl, Gamma Chimica SpA, Carbochem Srl u Jeniuschem Srl huma kkundannati għall-ispejjeż, minbarra dawk relatati mat-talbiet għal intervent. |
4) |
Far Polymers, Gamma Chimica, Carbochem, Jeniuschem, il-Kummissjoni Ewropea, Kuraray Europe, Sekisui Specialty Chemicals Europe u Wegochem Europe għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent. |