Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TJ0650

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2023.
KD vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.
Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Persunal tal-EUIPO – Kuntratt għal żmien determinat – Nuqqas ta’ tiġdid – Awtorità kompetenti – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Dritt għal smigħ – Responsabbiltà – Dannu morali.
Kawża T-650/20.

Court reports – general

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2023:305

 Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas‑7 ta’ Ġunju 2023 –
KD vs EUIPO

(Kawża T‑650/20) ( 1 )

“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Persunal tal-EUIPO – Kuntratt għal żmien determinat – Nuqqas ta’ tiġdid – Awtorità kompetenti – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Dritt għal smigħ – Responsabbiltà – Dannu morali”

1. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Eżerċizzju tal-kompetenzi – Delegi – Awtorizzazzjoni jew suddelegazzjoni mogħtija lil persuna li teżerċita funzjoni speċifika fi ħdan l-istituzzjonijiet – Bidla tal-persuna li teżerċita din il-funzjoni – Assenza ta’ effett fuq il-validità tal-awtorizzazzjoni jew tas-suddelegazzjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 2(1); Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikolu 6; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 153(2))

(ara l-punti 34, 35, 39, 40)

2. 

Uffiċjali – Membri tal-persunal temporanju – Reklutaġġ – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat – Kunċett ta’ deċiżjoni li tikkawża preġudizzju fil-qasam tan-nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt – Adozzjoni tad-deċiżjoni mingħajr ma tingħata l-possibbiltà minn qabel lill-persuna kkonċernata li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha – Ksur tad-dritt għal smigħ – Konsegwenzi

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2))

(ara l-punti 56 sa 60, 64 sa 69)

Dispożittiv

1) 

Id-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal‑1 ta’ April 2020 li ma jiġġeddidx il-kuntratt ta’ KD hija annullata.

2) 

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) 

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, tliet kwarti tal-ispejjeż sostnuti minn KD.

4) 

KD għandha tbati kwart mill-ispejjeż rispettivi tagħha.


( 1 ) ĠU C 19, 18.1.2021.

Top