Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TJ0404

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021.
    Global Translation Solutions ltd. vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Servizzi ta’ traduzzjoni – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor – Kriterji ta’ għoti – Metodu ta’ evalwazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Trasparenza – Obbligu ta’ motivazzjoni – Obbligu ta’ diliġenza – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.
    Kawża T-404/20.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2021:654

     Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas‑6 ta’ Ottubru 2021 – Global Translation Solutions vs Il‑Kummissjoni

    (Kawża T‑404/20)

    “Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Servizzi ta’ traduzzjoni – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor – Kriterji ta’ għoti – Metodu ta’ evalwazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Trasparenza – Obbligu ta’ motivazzjoni – Obbligu ta’ diliġenza – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba ”

    1. 

    Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Formulazzjoni inekwivokabbli tat-talbiet tar-rikorrent – Nuqqas – Inammissibbiltà

    (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53, Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d) u (e))

    (ara l-punti 25–27)

    2. 

    Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2018/1046, Artikolu 166(2))

    (ara l-punt 42)

    3. 

    Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Assenza – Inammissibbiltà

    (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53, Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d))

    (ara l-punt 62)

    4. 

    Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Obbligu ta’ osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u ta’ trasparenza – Portata – Obbligu ta’ formulazzjoni ċara, preċiża u univokali tal-kundizzjonijiet u modalitajiet tal-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2018/1046, Artikolu 160(1) u Artikolu 166(2))

    (ara l-punti 76–79)

    5. 

    Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Għoti ta’ kuntratti – Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament – Kriterji ta’ għoti – Osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u ta’ trasparenza – Obbligu ta’ ffissar ta’ ppeżar għas-sottokriterji tal-kriterji ta’ għoti previsti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt jew fis-sejħa għal offerti

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2018/1046, Artikolu 160(1) u Artikolu 166(2))

    (ara l-punt 80)

    6. 

    Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Obbligu ta’ osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u ta’ trasparenza – Portata – Obbligu li jiġi kkomunikat, qabel is-sottomissjoni tal-offerti, il-metodu ta’ evalwazzjoni tal-awtorità kontraenti – Assenza

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2018/1046, Artikolu 160(1) u Artikolu 166(2))

    (ara l-punti 81, 82, 91)

    7. 

    Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Għoti ta' kuntratti – Kriterji ta’ għoti – Metodu ta’ evalwazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-awtorità kontraenti

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2018/1046, Artikolu 166(2))

    (ara l-punti 83, 84)

    8. 

    Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt ta’ servizzi, li ma tintgħażilx l-offerta – Evalwazzjoni fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli lir-rikorrent fil-mument tal-preżentata tar-rikors – Informazzjoni disponibbli lir-rikorrent li ma turix b’mod ċar ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-offerta u ma tiċċarax biżżejjed il-karatteristiċi u l-vantaġġi tal-offerta magħżula – Obbligu li jiġu kkomunikati, wara talba bil-miktub, il-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula kif ukoll l-isem tal-offerent magħżul – Obbligu għall-awtorità kontraenti li tagħti analiżi komparattiva bir-reqqa tal-offerta magħżula u tal-offerta tal-offerent li ma ntagħżilx – Assenza – Motivazzjoni suffiċjenti

    (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2018/1046, Artikolu 170(2) u (3)(a), u Anness I, punt 31.1)

    (ara l-punti 108–110)

    9. 

    Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta – Evalwazzjoni fid-dawl tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tar-rikorrent fil-mument tal-preżentata tar-rikors

    (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2018/1046, Artikolu 170(2) u (3)(a), u Anness I, punt 31.1)

    (ara l-punt 111)

    10. 

    Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta – Obbligu, għall-awtorità kontraenti, li tipprovdi analiżi komparattiva fid-dettall tal-offerta magħżula u tal-offerta tal-offerent eskluż – Assenza

    (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2018/1046, Artikolu 170(2) u (3)(a), u Anness I, punt 31.1)

    (ara l-punt 126)

    11. 

    Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu ta’ diliġenza – Portata

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41)

    (ara l-punt 133)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u li titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tinsab fl-ittra tas‑17 ta’ April 2020, li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti għal-Lott Nru 22 (EN>MT) fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti TRAD 19 u li tagħti dan il-lott lil offerent ieħor, kif ukoll tad-“deċiżjonijiet kollha relatati”.

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2) 

    Global Translation Solutions ltd. hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top