Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TJ0291

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Marzu 2022.
    Viktor Fedorovych Yanukovych vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista – Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet b’rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.
    Kawża T-291/20.

    Court reports – general

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2022:187

     Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat‑30 ta’ Marzu 2022 – Yanukovych vs Il-Kunsill

    (Kawża T‑291/20) ( 1 )

    “Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista – Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet b’rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”

    1. 

    Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fil-miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Portata tal-istħarriġ

    (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 47 u 48; Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/373; Regolament tal-Kunsill 2020/370)

    (ara l-punti 77, 78)

    2. 

    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Adozzjoni jew żamma fuq il-bażi ta’ proċedura ġudizzjarja mmexxija mill-awtoritajiet ta’ Stat terz fir-rigward ta’ miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi jew ta’ abbuż ta’ poter mid-detentur ta’ kariga pubblika – Ammissibbiltà – Kundizzjoni – Deċiżjoni nazzjonali adottata fir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Obbligu ta’ verifika li jaqa’ fuq il-Kunsill – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Stat terz li aderixxa għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – Assenza ta’ effett – Għan tal-miżuri restrittivi intiżi għat-tisħiħ tal-Istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem

    (Deċiżjoni 2014/119/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2020/373, anness; Regolamenti tal-Kunsill Nru 208/2014, Anness I, u 2020/370)

    (ara l-punti 79 sa 85)

    3. 

    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Adozzjoni jew żamma fuq il-bażi ta’ proċedura ġudizzjarja mmexxija mill-awtoritajiet ta’ Stat terz fir-rigward ta’ miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi jew ta’ abbuż ta’ poter mid-detentur ta’ kariga pubblika – Kundizzjonijiet – Deċiżjoni nazzjonali adottata fir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Obbligu tal-awtorità kompetenti tal-Unjoni li tistabbilixxi, fil-każ ta’ kontestazzjoni, il-fondatezza tal-motivi invokati fil-konfront tal-persuni jew entitajiet ikkonċernati – Obbligu ta’ verifika tar-rispett tal-imsemmija drittijiet li jaqa’ fuq il-Kunsill – Ksur

    (Deċiżjoni 2014/119/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2020/373, anness; Regolamenti tal-Kunsill Nru 208/2014, Anness I, u 2020/370)

    (ara l-punti 90, 92 sa 101, 103 sa 108, 131)

    4. 

    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Adozzjoni jew żamma fuq il-bażi ta’ deċiżjoni nazzjonali ta’ ffriżar ta’ fondi adottata minn awtorità ta’ Stat terz – Ammissibbiltà – Kundizzjoni – Deċiżjoni nazzjonali adottata fir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Obbligu ta’ verifika li jaqa’ fuq il-Kunsill – Prova tal-verifika – Oneru tal-prova

    (Deċiżjoni 2014/119/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2020/373, anness; Regolamenti tal-Kunsill Nru 208/2014, Anness I, u 2020/370)

    (ara l-punti 109 sa 112, 129, 130)

    5. 

    Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Osservanza ta’ terminu raġonevoli – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Proċedura ġudizzjarja f’pajjiż terz li sservi bħala bażi għad-deċiżjoni ta’ adozzjoni tal-miżuri restrittivi – Obbligu ta’ verifika tal-Kunsill – Portata

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47)

    (ara l-punti 114 sa 121, 125, 126)

    Dispożittiv

    1) 

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/354 tal‑4 ta’ Marzu 2019, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 tal‑4 ta’ Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, huma annullati sa fejn isem Viktor Fedorovych Yanukovych inżamm fil-lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

    2) 

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    ( 1 ) ĠU C 222, 6.7.2020.

    Top