Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CO0318

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-26 ta’ Novembru 2020.
    Colt Technology Services SpA et vs Ministero della Giustizia et.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità – Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-impożizzjoni ta’ tariffi tal-attivitajiet ta’ interċettazzjoni ordnati mill-awtoritajiet ġudizzjarji – Assenza li jittieħed kont tal-prinċipju ta’ rimbors sħiħ tal-ispejjeż tal-operaturi tat-telekomunikazzjoni – Artikolu 53(2)) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Assenza ta’ dettalji suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u regolatorju tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari magħmula – Inammissibbiltà manifesta.
    Kawża C-318/20.

    Court reports – general

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2020:969

     Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas‑26 ta’ Novembru 2020 – Colt Technology Services et

    (Kawża C-318/20) ( 1 )

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità – Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-impożizzjoni ta’ tariffi tal-attivitajiet ta’ interċettazzjoni ordnati mill-awtoritajiet ġudizzjarji – Assenza li jittieħed kont tal-prinċipju ta’ rimbors sħiħ tal-ispejjeż tal-operaturi tat-telekomunikazzjoni – Artikolu 53(2)) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Assenza ta’ dettalji suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u regolatorju tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari magħmula – Inammissibbiltà manifesta”

    1. 

    Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Neċessità ta’ deċiżjoni preliminari u rilevanza tal-kwistjonijiet imqajma – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali – Preliminari u rilevanza tad-domandi magħmula

    (Artikolu 267 TFUE)

    (ara l-punti 12–14)

    2. 

    Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv u dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari – Domandi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli – Inammissibbiltà manifesta

    (Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 53(2) u Artikolu 94)

    (ara l-punti 15-17, 20, 21, 23, 24 u d-dispożittiv)

    3. 

    Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Neċessità li tingħata informazzjoni suffiċjenti lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv – Portata tal-obbligu fil-qasam tal-kompetizzjoni

    (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 94)

    (ara l-punt 22)

    Dispożittiv

    It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑13 ta’ Frar 2020, hija manifestament inammissibbli.


    ( 1 ) ĠU C 348, 19.10.2020.

    Top