Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CO0206

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2021.
VA.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni-Qafas 2002/584/ĠAI – Artikolu 8(1)(c) – Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku ta’ Stat Membru għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali abbażi ta’ miżura li ċċaħħad il-libertà maħruġa mill-istess awtorità – Assenza ta’ stħarriġ ġudizzjarju qabel il-konsenja tal-persuna mfittxija – Konsegwenzi – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 47.
Kawża C-206/20.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2021:509

 Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is‑Sitt Awla) tat‑22 ta’ Ġunju 2021 –
Prosecutor of the regional prosecutor’s office in Ruse, Bulgaria

(Kawża C‑206/20) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni-Qafas 2002/584/ĠAI – Artikolu 8(1)(c) – Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku ta’ Stat Membru għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali abbażi ta’ miżura li ċċaħħad il-libertà maħruġa mill-istess awtorità – Assenza ta’ stħarriġ ġudizzjarju qabel il-konsenja tal-persuna mfittxija – Konsegwenzi – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 47”

1. 

Domandi preliminari – Proċedura mħaffa għal deċiżjoni preliminari – Kundizzjonijiet – Ċirkustanzi li jiġġustifikaw trattament mgħaġġel

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 105(1))

(ara l-punti 32 sa 34)

2. 

Domandi preliminari – Risposta li ma tħalli ebda dubju raġonevoli – Risposta li tkun tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza – Applikazzjoni tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura

(Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 99)

(ara l-punti 36, 37)

3. 

Kooperazzjoni mill-pulizija – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Deċiżjoni Qafas dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri – Ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew u deċiżjoni nazzjonali li sservi ta’ bażi għal dan il-mandat maħruġ minn prosekutur li jista’ jiġi kklassifikat bħala awtorità ġudizzjarja emittenti fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas – Assenza ta’ stħarriġ ġudizzjarju ta’ dawn id-deċiżjonijiet fl-Istat Membru emittenti qabel il-konsenja tal-persuna rikjesta mill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni – Osservanza tar-rekwiżiti ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali, Artikolu 47; Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, Artikoli 6(1) u 8(1)(c))

(ara l-punti 49, 51, 54, u d-dispożittiv)

Dispożittiv

L-Artikolu 8(1)(c) tad-Deċiżjoni-Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat‑13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni-Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas‑26 ta’ Frar 2009, ikkunsidrat fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżiti relatati mal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva li minnhom tibbenefika persuna suġġetta għal mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet tal-proċeduri kriminali ma humiex issodisfatti meta kemm il-mandat ta’ arrest Ewropew kif ukoll id-deċiżjoni ġudizzjarja li fuqha hija ibbażata huma maħruġa minn uffiċċju tal-prosekutur pubbliku, li jista’ jiġi kklassifikat bħala “awtorità ġudizzjarja emittenti”, fis-sens tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-deċiżjoni-qafas, kif emendata bid-Deċiżjoni-Qafas 2009/299, mingħajr ma l-imsemmi mandat ta’ arrest Ewropew jew l-imsemmija deċiżjoni ġudizzjarja jistgħu jkunu s-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju fl-Istat Membru emittenti qabel il-konsenja tal-persuna mfittxija mill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni.


( 1 ) ĠU C 262, 10.8.2020.

Top