EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CJ0687

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-31 ta’ Marzu 2022.
Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 2002/49/KE – Evalwazzjoni u ġestjoni tal-ħsejjes ambjentali – Agglomerazzjonijiet, toroq maġġuri u ferroviji maġġuri – Artikolu 7(2) – Mapep strateġiċi tal-ħsejjes – Artikolu 8(2) – Pjanijiet ta’ azzjoni – Artikolu 10(2) – Anness VI – Informazzjoni pprovduta mill-mapep strateġiċi tal-ħsejjes – Sommarji tal-pjanijiet ta’ azzjoni – Nuqqas ta’ komunikazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea fit-termini previsti.
Kawża C-687/20.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2022:244

 Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal‑31 ta’ Marzu 2022 –
Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (Ħsejjes ambjentali)

(Kawża C‑687/20) ( 1 )

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 2002/49/KE – Evalwazzjoni u ġestjoni tal-ħsejjes ambjentali – Agglomerazzjonijiet, toroq maġġuri u ferroviji maġġuri – Artikolu 7(2) – Mapep strateġiċi tal-ħsejjes – Artikolu 8(2) – Pjanijiet ta’ azzjoni – Artikolu 10(2) – Anness VI – Informazzjoni pprovduta mill-mapep strateġiċi tal-ħsejjes – Sommarji tal-pjanijiet ta’ azzjoni – Nuqqas ta’ komunikazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea fit-termini previsti”

1. 

Ambjent – Evalwazzjoni u ġestjoni tal-ħsejjes ambjentali – Direttiva 2002/49 – Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu mapep strateġiċi tal-ħsejjes għall-agglomerazzjonijiet, toroq maġġuri u ferroviji maġġuri – Obbligu li tiġi kkomunikata l-informazzjoni pprovduta mill-imsemmija mapep lill-Kummissjoni – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/49, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 10(1), u l-Anness VI)

(ara l-punti 38, 39, u d-dispożittiv 1)

2. 

Ambjent – Evalwazzjoni u ġestjoni tal-ħsejjes ambjentali – Direttiva 2002/49 – Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu pjanijiet ta’ azzjoni għall-agglomerazzjonijiet, toroq maġġuri u ferroviji maġġuri – Obbligu li jiġu kkomunikati s-sommarji tal-imsemmija pjanijiet ta’ azzjoni lill-Kummissjoni – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-assenza ta’ popolazzjoni esposta għall-ħsejjes ambjentali – Inammissibbiltà

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/49, Artikoli 2(1), 8(2) u 10(2), u l-Anness VI)

(ara l-punti 40‑47, 52‑55, 57, u d-dispożittiv 1)

Dispożittiv

1) 

Ir-Repubblika Portugiża, minn naħa, billi ma stabbilixxietx mapep strateġiċi tal-ħsejjes dwar it-toroq maġġuri PT_a_rd00410, PT_a_rd00458, PT_a_rd00460, PT_a_rd00462 u PT_a_rd00633 u lanqas pjanijiet ta’ azzjoni għall-agglomerazzjonijiet ta’ Amadora u ta’ Porto kif ukoll għat-toroq maġġuri u l-ferroviji maġġuri msemmija fl-anness ta’ din is-sentenza, u, min-naħa l-oħra, billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni Ewropea l-informazzjoni pprovduta minn dawn il-mapep u lanqas is-sommarji ta’ dawn il-pjanijiet ta’ azzjoni, naqset mill-obbligi imposti fuqha bis-saħħa tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2), tal-Artikolu 8(2) u tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal 25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali, moqrija flimkien mal-Anness VI ta’ din id-direttiva.

2) 

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 62, 22.2.2021.

Top