Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TO0839

    Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ Lulju 2020.
    Koopman International BV vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.
    Rikors għal annullament – Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tagħmir ta’ distribuzzjoni ta’ fluwidu – Sospensjoni tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att preparatorju – Inammissibbiltà.
    Kawża T-839/19.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2020:344

     Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ Lulju 2020 – Koopman International vs EUIPO – Tinnus Enterprises u Mystic Products (Fluid distribution equipment)

    (Kawża T‑839/19)

    “Rikors għal annullament – Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tagħmir ta’ distribuzzjoni ta’ fluwidu – Sospensjoni tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att preparatorju – Inammissibbiltà”

    1. 

    Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Atti preparatorji – Esklużjoni

    (Artikolu 263 TFUE)

    (ara l-punti 20 sa 22, 27)

    2. 

    Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Atti preparatorji – Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju li tissospendi l-proċedimenti tal-appell fl-istennija ta’ deċiżjoni definittiva tal-Qorti Ġenerali fil-kawża li tista’ tinfluwenza l-kawża pendenti – Esklużjoni

    (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 61(1))

    (ara l-punti 25, 26, 28)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Settembru 2019 (Każ R 1006/2018-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, Mystic Products Import & Export u Koopman International u, min-naħa l-oħra, Tinnus Enterprises.

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2) 

    Koopman International BV hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Tinnus Enterprises LLC.

    Top