Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TO0031

    Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Marzu 2020.
    AF vs L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.
    Rikors għal annullament u għad-danni – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Kuntratt għal żmien indeterminat – Funzjonijiet ta’ amministratur bħala konsulent politiku fil-grad AD 12 – Klassifikazzjoni fil-pożizzjoni tal-impieg ta’ ‘amministrater’ – Regoli tal-Persunal tal-2014 – Assenza ta’ eliġibbiltà għar-riklassifikazzjoni fil-grad ogħla – Eżerċizzju ta’ riklassifikazzjoni 2017 – Rifjut li r-rikorrent jitqies għall-finijiet tar-riklassifikazzjoni tiegħu fil-grad AD 13 – Rikors manifestament infondat fid-dritt.
    Kawża T-31/19.

    Court reports – general

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2020:133

     Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Marzu 2020 –
    AF vs FRA

    (Kawża T-31/19)

    “Rikors għal annullament u għad-danni – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Kuntratt għal żmien indeterminat – Funzjonijiet ta’ amministratur bħala konsulent politiku fil-grad AD 12 – Klassifikazzjoni fil-pożizzjoni tal-impieg ta’ ‘amministrater’ – Regoli tal-Persunal tal-2014 – Assenza ta’ eliġibbiltà għar-riklassifikazzjoni fil-grad ogħla – Eżerċizzju ta’ riklassifikazzjoni 2017 – Rifjut li r-rikorrent jitqies għall-finijiet tar-riklassifikazzjoni tiegħu fil-grad AD 13 – Rikors manifestament infondat fid-dritt”

    1. 

    Proċedura ġudizzjarja – Deċiżjoni meħuda permezz ta’ digriet motivat – Kundizzjonijiet – Rikors manifestament inammissibbli jew manifestament infondat fid-dritt – Portata

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 126)

    (ara l-punti 17 sa 19)

    2. 

    Uffiċjali – Organizzazzjoni tad-dipartimenti – Assenjazzjoni tal-persunal – Assenjazzjoni mill-ġdid – Osservanza tar-regola ta’ korrispondenza bejn grad u impieg – Portata

    (Regoli tal-Persunal, Artikolu 7(1))

    (ara l-punti 22, 23)

    3. 

    Rikorsi tal-uffiċjali – Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel – Deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni ta’ uffiċjal f’pożizzjoni ta’ impieg introdotta bir-Regolament Nru 1023/2013 – Ilment kontra n-nuqqas ta’ inklużjoni tal-parti kkonċernata fil-lista ta’ uffiċjali li jistgħu jiġu promossi għal grad ogħla li juri għall-ewwel darba l-klassifikazzjoni tagħha fil-pożizzjoni tal-impieg ta’ amministratur – Ammissibbiltà

    (Artikolu 336 TFUE; Regoli tal-Persunal, Artikoli 90(2) u 91(1), u l-Artikolu 30(2) tal-Anness XIII; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1023/2013)

    (ara l-punti 28 sa 30, 74, 75)

    4. 

    Rikorsi tal-uffiċjali – Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment – Effett – Il-qorti adita bl-att ikkontestat – Eċċezzjoni – Deċiżjoni li ma għandhiex natura konfermattiva

    (Regoli tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

    (ara l-punti 32 sa 35)

    5. 

    Uffiċjali – Karriera – Stabbiliment ta’ regoli tranżitorji għat-trasferiment mis-sistema l-antika għas-sistema l-ġdida tal-karrieri tal-uffiċjali – Regoli ta’ klassifikazzjoni f’pożizzjonijiet tal-impieg – Klassifikazzjoni tal-membri tal-persunal temporanju tal-grad AD 11 fil-pożizzjoni tal-impieg ta’ amministratur jew ta’ kap ta’ diviżjoni jew ekwivalenti – Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni – Limiti – Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament

    (Regoli tal-Persunal, il-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I, u l-Artikolu 30(2) tal-Anness XIII; Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikolu 1 tal-Anness; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1023/2013, premessi 17 sa 19)

    (ara l-punti 42, 43, 53, 55, 57, 69)

    6. 

    Uffiċjali – Karriera – Stabbiliment ta’ regoli tranżitorji għat-trasferiment mis-sistema l-antika għas-sistema l-ġdida tal-karrieri tal-uffiċjali – Regoli ta’ klassifikazzjoni f’pożizzjonijiet tal-impieg – Klassifikazzjoni tal-uffiċjali tal-gradi AD 9 sa AD 14 li għandhom responsabbiltajiet partikolari fil-pożizzjoni tal-impieg ta’ kap ta’ diviżjoni jew ekwivalenti jew ta’ konsulent jew ekwivalenti – Fakultà tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ li tuża jew ma tużax l-imsemmija sistema derogatorja

    (Regoli tal-Persunal, Artikolu 30(3) tal-Anness XIII; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1023/2013)

    (ara l-punti 60, 61)

    7. 

    Uffiċjali – Dmir ta’ premura tal-amministrazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Portata – Teħid inkunsiderazzjoni tal-interessi tal-uffiċjal

    (ara l-punti 68, 70)

    8. 

    Uffiċjali – Promozzjoni – Klassifikazzjoni mill-ġdid – Adozzjoni ta’ sistema ta’ promozzjoni ġdida – Tranżizzjoni bejn is-sistema l-antika u dik ġdida – Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni – Limiti – Rispett tad-drittijiet kweżiti – Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Assenza

    (Regoli tal-Persunal, Artikolu 45 u l-Artikolu 30(2) tal-Anness XIII; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1023/2013)

    (ara l-punti 73, 81, 85, 86)

    9. 

    Rikorsi tal-uffiċjali – Talba għad-danni marbuta ma’ talba għal annullament – Ċaħda ta’ talba għal annullament li twassal għaċ-ċaħda tat-talba għad-danni

    (Regoli tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

    (ara l-punti 91, 92)

    10. 

    Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Spejjeż fiergħa u vessatorji – Aġir ta’ istituzzjoni li ffavorixxa l-ħolqien tat-tilwima

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41; Regoli tal-Persunal, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 25; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(2))

    (ara l-punti 94 sa 96)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-FRA tad-9 ta’ Mejju 2018, li isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista tal-membri tal-persunal temporanju eliġibbli għar-riklassifikazzjoni fil-grad AD 13 fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ riklassifikazzjoni 2017 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li huwa allegatament sostna minħabba din id-deċiżjoni.

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2) 

    L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati kwart tal-ispejjeż sostnuti minn AF.

    3) 

    AF għandu jbati tliet kwarti tal-ispejjeż tiegħu stess.

    Top