EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TJ0699

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2021.
FT et vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Servizz pubbliku – Uffiċjali – Remunerazzjoni – Persunal tal-Kummissjoni assenjat f’pajjiż terz – Aġġornament tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Effett retroattiv – Ċertezza legali – Dmir ta’ premura.
Kawża T-699/19.

Court reports – general

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2021:338

 Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2021 – FT et vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑699/19)

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Remunerazzjoni – Persunal tal-Kummissjoni assenjat f’pajjiż terz – Aġġornament tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Effett retroattiv – Ċertezza legali – Dmir ta’ premura”

1. 

Uffiċjali – Remunerazzjoni – Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni – Iffissar – Marġni ta’ diskrezzjoni tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 64 u 65 u Anness XI)

(ara l-punti 50 sa 52, 55, 58, 68)

2. 

Uffiċjali – Remunerazzjoni – Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni – Iffissar – Aġġornament retroattiv minħabba l-pubblikazzjoni tardiva tad-data dwar il-prezz tax-xiri – Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-ekwivalenza tal-kapaċità tal-akkwist – Assenza

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 64 u Anness X, Artikolu 13)

(ara l-punti 78, 79, 93)

3. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Motivi – Motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali – Invokazzjoni tal-impossibbiltà li tinftiehem il-proċedura ta’ aġġornament tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni – Ċaħda

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 64 u 65 u Anness XI)

(ara l-punti 88 sa 92)

4. 

Uffiċjali – Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament – Kundizzjonijiet – Irregolarità evidenti tal-ħlas – Għarfien mill-persuna kkonċernata – Kriterji – Somom imħallsa abbażi tal-applikazzjni tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni – Natura evidenti tal-irregolarità – Ammont korrett li ma jistax jiġi determinat ħlief wara l-ħlas – Assenza ta’ effett

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 64 u 85 u Anness X, Artikolu 13)

(ara l-punt 98)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi r-rendikont ta’ remunerazzjoni tax-xahar ta’ Diċembru 2018 tar-rikorrenti sa fejn applika, għall-ewwel darba, koeffiċjenti ta’ korrezzjoni ġodda applikabbli għar-remunerazzjoni tagħhom, b’effett retroattiv fl-1 ta’ Frar 2018.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

FT u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.

Top