This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CO0621
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Ottubru 2020.
Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky vs Weindel Logistik Service SR spol. s r.o.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 168(e) – Tnaqqis tat-taxxa input imħallsa – Użu ta’ oġġetti unikament għall-finijiet ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli tal-persuna taxxabbli – Eżistenza ta’ rabta diretta bejn l-oġġetti importati u t-tranżazzjoni tal-output.
Kawża C-621/19.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2020:814
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat‑8 ta’ Ottubru 2020 – Weindel Logistik Service
(Kawża C-621/19)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 168(e) – Tnaqqis tat-taxxa input imħallsa – Użu ta’ oġġetti unikament għall-finijiet ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli tal-persuna taxxabbli – Eżistenza ta’ rabta diretta bejn l-oġġetti importati u t-tranżazzjoni tal-output”
Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Tnissil u portata tad-dritt għal tnaqqis – Servizzi ta’ tiġdid ta’ oġġetti, importati minn pajjiżi terzi u sussegwentement esportati – Importatur li jġedded il-beni mingħajr ma jkun il-proprjetarju tagħhom – Rifjut ta’ dritt għal tnaqqis – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Spejjeż ta’ importazzjoni preċedenti ineżistenti jew mhux inkorporati fil-prezz ta’ tranżazzjonijiet partikolari tal-output jew fil-prezz ta’ oġġetti u servizzi pprovduti mill-persuna taxxabbli fil-kuntest tal-attivitajiet kummerċjali tagħha
(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 168(e))
(ara l-punti 45,46, 49, u d-dispożittiv)
Dispożittiv
L-Artikolu 168(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jopponi l-għoti ta’ dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lil importatur meta dan ma kollux oġġetti bħal proprjetarju u meta l-ispejjeż tal-importazzjoni preċedenti huma ineżistenti jew ma humiex inkorporati fil-prezz tat-tranżazzjonijiet partikolari tal-output, jew fil-prezz tal-oġġetti jew tas-servizzi pprovduti mill-persuna taxxabbli fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha.