Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CO0554

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2020.
    Proċeduri kriminali kontra FU.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Regolament (UE) 2016/399 – Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen – Artikoli 22 u 23 – Tneħħija tal-kontrolli mal-fruntieri interni fiż-żona Schengen – Kontrolli fit-territorju ta’ Stat Membru – Miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal dak ta’ kontrolli fuq il-fruntieri – Kontrolli tal-identità viċin fruntiera interna taż-żona Schengen – Possibbiltajiet ta’ kontrolli indipendentement mill-aġir tal-persuna kkonċernata jew mill-eżistenza ta’ ċirkustanzi speċjali – Qafas nazzjonali dwar l-intensità, il-frekwenza u s-selettività tal-kontrolli.
    Kawża C-554/19.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2020:439

     Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal‑4 ta’ Ġunju 2020 – FU

    (Kawża C‑554/19) ( 1 )

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Regolament (UE) 2016/399 – Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen – Artikoli 22 u 23 – Tneħħija tal-kontrolli mal-fruntieri interni fiż-żona Schengen – Kontrolli fit-territorju ta’ Stat Membru – Miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal dak ta’ kontrolli fuq il-fruntieri – Kontrolli tal-identità viċin fruntiera interna taż-żona Schengen – Possibbiltajiet ta’ kontrolli indipendentement mill-aġir tal-persuna kkonċernata jew mill-eżistenza ta’ ċirkustanzi speċjali – Qafas nazzjonali dwar l-intensità, il-frekwenza u s-selettività tal-kontrolli”

    1. 

    Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Kodiċi Komunitarju dwar il-qsim tal-fruntieri – Tneħħija tal-kontroll mal-fruntieri interni – Verifiki ġewwa t-territorju – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti kompetenza lill-awtoritajiet tal-pulizija sabiex jikkontrollaw l-identità ta’ kull persuna f’żona ta’ 30 kilometru mill-fruntiera tal-art tal-Istat Membru kkonċernat mal-Istati partijiet għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Verifika mill-qorti nazzjonali

    (Artikolu 67(2) TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/399, Artikoli 22 u 23)

    (ara l-punti 26, 27, 38, 40, 53 sa 57, u d-dispożittiv)

    2. 

    Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Eżami tal-kompatibbiltà tad-dritt nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni – Esklużjoni – Għoti lill-qorti tar-rinviju tal-elementi kollha għall-interpretazzjoni taħt id-dritt tal-Unjoni – Inklużjoni

    (Artikolu 267 TFUE)

    (ara l-punti 28 sa 31)

    Dispożittiv

    L-Artikolu 67(2) TFUE kif ukoll l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), għandhom jiġu interpretati bħala li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lis-servizzi tal-pulizija tal-Istat Membru kkonċernat is-setgħa li jikkkontrollaw l-identità ta’ kwalunkwe persuna, ġewwa żona ta’ 30 kilometru mill-fruntiera tal-art ta’ dan l-Istat Membru ma’ Stati oħra taż-żona Schengen, sabiex jipprevjenu jew iwaqqfu d-dħul jew ir-residenza illegali fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru jew sabiex jipprevjenu ċerti reati li jippreġudikaw is-sigurtà tal-fruntiera, indipendentement mill-aġir tal-persuna kkonċernata u mill-eżistenza ta’ ċirkustanzi speċjali, hekk kif din is-setgħa tidher delimitata minn speċifikazzjonijiet u minn limitazzjonijiet suffiċjentement iddettaljati dwar l-intensità, il-frekwenza u s-selettività tal-kontrolli mwettqa, sabiex b’hekk jiġi żgurat li l-eżerċizzju prattiku ta’ dik is-setgħa ma jistax ikollu effett ekwivalenti għal dak tal-kontrolli fuq il-fruntiera, li madankollu hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan.


    ( 1 ) ĠU C 357, 21.10.2019.

    Top