Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CO0162

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019.
Iceland Foods Ltd vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.
Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li jissospendi l-proċedimenti u li jibgħat il-kawża lura quddiem l-eżaminatur għal eżami tar-raġunijiet assoluti għal rifjut – Appell manifestament infondat.
Kawża C-162/19 P.

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal‑5 ta’ Settembru 2019 – Iceland Foods vs EUIPO

(Kawża C‑162/19 P)

“Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li jissospendi l-proċedimenti u li jibgħat il-kawża lura quddiem l-eżaminatur għal eżami tar-raġunijiet assoluti għal rifjut – Appell manifestament infondat”

1. 

Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li jissospendi l-proċedimenti u li jibgħat il-kawża lura quddiem l-eżaminatur għal eżami tar-raġunijiet assoluti għal rifjut – Esklużjoni

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 5, 6)

2. 

Appell – Aggravji – Assenza ta’ kritika preċiża ta’ punt tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali – Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 168(1)(d)) u 169(2))

(ara l-punti 5, 6)

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2) 

Iceland Foods Ltd għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

Top