Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CO0004(01)

    Digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzj tal-21 ta’ Marzu 2019.
    Crédit agricole SA u Crédit agricole Corporate and Investment Bank vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Appell – Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kompetizzjoni – Settur tad-derivattivi tar-rati tal-imgħax f’EUR – Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Deċiżjoni 2011/695/UE – Rifjut ta’ talba għal trattament kunfidenzjali tad-deċiżjoni – Informazzjoni allegatament kunfidenzjali – Pubblikazzjoni – Prinċipju tal-preżunzjoni ta’ innoċenza – Fumus boni juris.
    Kawżi C-4/19 P(R) u C-4/19 P(R)-R.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑21 ta’ Marzu 2019 – Crédit agricole u Crédit agricole Corporate and Investment Bank vs Il‑Kummissjoni

    (Kawża C‑4/19 P(R))

    “Appell – Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kompetizzjoni – Settur tad-derivattivi tar-rati tal-imgħax f’EUR – Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Deċiżjoni 2011/695/UE – Rifjut ta’ talba għal trattament kunfidenzjali tad-deċiżjoni – Informazzjoni allegatament kunfidenzjali – Pubblikazzjoni – Prinċipju tal-preżunzjoni ta’ innoċenza – Fumus boni juris”

    1. 

    Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Evalwazzjoni fil-kawża tal-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali – Nuqqas ta’ sodisfazzjon tal-kundizzjoni relattiva għall-fumus boni juris

    (Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

    (ara l-punti 12, 13, 18 sa 23)

    2. 

    Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Sigriet professjonali – Determinazzjoni tal-informazzjoni koperta mis-sigriet professjonali – Ibbilanċjar tal-interess ġenerali għat-trasparenza tal-azzjoni tal-Unjoni mal-interessi leġittimi kontra l-iżvelar – Interess ta’ impriża li ma tiġix żvelata ċerta informazzjoni dwar l-aġir tagħha – Interess li ma jistħoqqlu ebda protezzjoni partikolari fir-rigward tal-impriżi li jkunu pparteċipaw fi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni

    (Artikoli 101 u 102 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 28 u 30)

    (ara l-punti 33 sa 36)

    Dispożittiv

    1) 

    L-appell huwa miċħud.

    2) 

    Crédit Agricole SA u Crédit Agricole Corporate and Investment Bank huma kkundannati għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura tal-appell kif ukoll tal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-kawża C‑4/19 P(R)‑R.

    Top