Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CJ0842

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Novembru 2020.
    Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju.
    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Moviment liberu tal-kapital – Artikolu 63 TFUE – Inkompatibbiltà tad-dispożizzjonijiet tat-taxxa Belġjani relattivi għad-dħul fir-rigward ta’ proprjetà immobbli li tinsab f’pajjiż barrani – Artikolu 260(2) TFUE – Talba għal kundanna għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità u ta’ somma f’daqqa.
    Kawża C-842/19.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2020:915

     Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ 2020 –
    Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (Dħul minn proprjetà immobili barranija)

    (Kawża C‑842/19) ( 1 )

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Moviment liberu tal-kapital – Artikolu 63 TFUE – Inkompatibbiltà tad-dispożizzjonijiet tat-taxxa Belġjani relattivi għad-dħul fir-rigward ta’ proprjetà immobbli li tinsab f’pajjiż barrani – Artikolu 260(2) TFUE – Talba għal kundanna għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità u ta’ somma f’daqqa”

    1. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Terminu ta’ eżekuzzjoni – Data ta’ riferiment biex tiġi evalwata l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

    (Artikolu 260(2) TFUE)

    (ara l-punt 12)

    2. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Skop – Prevenzjoni tar-repetizzjoni ta’ ksur simili

    (Artikolu 260(2) TFUE)

    (ara l-punt 45)

    3. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità – Somma f’daqqa – Kumulu ta’ żewġ sanzjonijiet – Ammissibbiltà

    (Artikolu 260(2) TFUE)

    (ara l-punt 46)

    4. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Impożizzjoni ta’ somma f’daqqa – Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kriterji ta’ evalwazzjoni

    (Artikolu 260(2) TFUE)

    (ara l-punti 47, 48)

    5. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Somma f’daqqa – Determinazzjoni tal-ammont – Kriterji – Tul tal-ksur – Evalwazzjoni fid-data tal-eżami tal-fatti mill-Qorti tal-Ġustizzja

    (Artikolu 260(2) TFUE)

    (ara l-punti 55, 56)

    6. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Somma f’daqqa – Determinazzjoni tal-ammont – Kriterji – Kapaċità ta’ ħlas – Data ta’ evalwazzjoni

    (Artikolu 260(2) TFUE)

    (ara l-punt 58)

    7. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità – Kundanna għall-ħlas – Kundizzjoni – Persistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu sal-eżami tal-fatti mill-Qorti tal-Ġustizzja

    (Artikolu 260(2) TFUE)

    (ara l-punt 61)

    8. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Pagamenti ta’ penalità – Determinazzjoni tal-forma u tal-ammont – Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kriterji

    (Artikolu 260(2) TFUE)

    (ara l-punti 63–65)

    Dispożittiv

    1) 

    Billi ma adottax il-miżuri kollha li teżiġi l-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-12 ta’ April 2018, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (C‑110/17, EU:C:2018:250), ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 260(1) TFUE.

    2) 

    Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa f’ammont ta’ EUR 2000000.

    3) 

    Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea pagament ta’ penalità f’ammont ta’ EUR 7500 kuljum mill-pronunzja ta’ din is-sentenza u sad-data tal-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-12 ta’ April 2018, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (C‑110/17, EU:C:2018:250).

    4) 

    Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    ( 1 ) ĠU C 45, 10.2.2020.

    Top