EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CJ0248

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Marzu 2020.
Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru.
Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Artikolu 258 TFUE – Direttiva 91/271/KEE – Trattament tal-ilma urban mormi – Artikoli 3, 4, 10 u 15 – Anness I, punti A, B u D – Assenza ta’ sistemi ta’ ġbir ta’ ilma urban f’ċerti agglomerazzjonijiet – Assenza ta’ trattament sekondarju jew ta’ trattament ekwivalenti tal-ilma urban mormi – Bini u operat ta’ impjanti tat-trattament.
Kawża C-248/19.

Court reports – general

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2020:171

 Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Marzu 2020 – Il‑Kummissjoni vs Ċipru (Ġbir u trattament tal-ilma urban mormi)

(Kawża C-248/19) ( 1 )

“Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Artikolu 258 TFUE – Direttiva 91/271/KEE – Trattament tal-ilma urban mormi – Artikoli 3, 4, 10 u 15 – Anness I, punti A, B u D – Assenza ta’ sistemi ta’ ġbir ta’ ilma urban f’ċerti agglomerazzjonijiet – Assenza ta’ trattament sekondarju jew ta’ trattament ekwivalenti tal-ilma urban mormi – Bini u operat ta’ impjanti tat-trattament”

1. 

Ambjent – Trattament tal-ilma urban mormi – Direttiva 91/271 – Issuġġettar għal trattament sekondarju tal-ilma urban mormi li jidħol fis-sistemi ta’ ġbir – Assenza – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern – Inammissibbiltà

(Direttiva tal-Kunsill 91/271, Artikoli 3, 4 u 10 u Anness I, punt B)

(ara l-punti 27, 31, 36-39, 43)

2. 

Ambjent – Trattament tal-ilma urban mormi – Direttiva 91/271 – Garanzija għall-ilma mormi tal-osservanza matul iż-żmien tal-kundizzjoniiet ta’ kwalità meħtieġa sa mill-funzjonament tal-installazzjoni ta’ trattament– Assenza – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

(Direttiva tal-Kunsill 91/271, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 15(1), u Anness I, punti B u D)

(ara l-punti 41, 42)

Dispożittiv

1) 

Billi naqset:

milli tgħammar b’sistema ta’ ġbir tal-ilma urban mormi 31 agglomerazzjoni (Aradippou, Ypsonas, Dali, Voroklini, Deryneia, Sotira, Xylophagou, Pervolia, Kolossi, Poli Chrysochous, Leivadia, Dromolaxia, Pera Chorio-Nisou, Liopetri, Avgorou, Paliometocho, Kiti, Frenaros, Ormideia, Kokkinotrimithia, Trachoni, Episkopi, Xylotympou, Pano Polemidia, Pyla, Lympia, Parekklisia, Kakopetria, Achna, Meneou u Pyrgos) u

milli tiggarantixxi, għal dawn l-istess agglomerazzjonijiet, li l-ilma urban mormi li jippenetra fis-sistemi ta’ ġbir jiġi suġġett għal trattament sekondarju jew għal trattament ekwivalenti qabel ma jintrema,

ir-Repubblika ta’ Ċipru naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 2, 4, 10 u 15 kif ukoll l-Anness I, punti A, B u D tad-Direttiva 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament ta’ l-ilma urban mormi, kif emendata bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1137/2008 tat-22 ta’ Ottubru 2008.

2) 

Ir-Repubblika ta’ Ċipru hija kkundannata għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 213, 24.6.2019.

Top