Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CJ0072

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2020.
    Suzanne Saleh Thabet et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
    Appell – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Eġittu – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Żamma ta’ isem ir-rikorrent – Deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz – Obbligu tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li jivverifika li din id-deċiżjoni ittieħdet b’rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Obbligu ta’ motivazzjoni.
    Kawżi magħquda C-72/19 P u C-145/19 P.

    Court reports – general

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2020:992

     Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2020 –
    Saleh Thabet et vs Il-Kunsill

    (Kawżi magħquda C-72/19 P u C-145/19 P) ( 1 )

    “Appell – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Eġittu – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Żamma ta’ isem ir-rikorrent – Deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz – Obbligu tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li jivverifika li din id-deċiżjoni ittieħdet b’rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Obbligu ta’ motivazzjoni”

    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Eġittu – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Adozzjoni jew żamma abbażi ta’ deċiżjoni nazzjonali ta’ ffriżar tal-fondi ta’ awtorità ta’ Stat terz – Ammissibbiltà – Kundizzjoni – Deċiżjoni nazzjonali adottata fl-osservanza tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Obbligu ta’ verifika li jaqa’ fuq il-Kunsill – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESC) 2016/411 u (PESC) 2017/496; Regolament tal-Kunsill 2017/491)

    (ara l-punti 32, 33, 37 sa 41, 43, 45, 46)

    Dispożittiv

    1) 

    Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-22 ta’ Novembru 2018, Saleh Thabet et vs Il-Kunsill (T‑274/16 u T‑275/16, mhux ippubblikata, EU:T:2018:826), hija annullata sa fejn, permezz tagħha, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikorsi intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/411 tat-18 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu, u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/496 tal-21 ta' Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu.

    2) 

    Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Diċembru 2018, Mubarak vs Il-Kunsill (T‑358/17, mhux ippubblikata, EU:T:2018:905), hija annullata.

    3) 

    Id-Deċiżjonijiet 2016/411 u 2017/496 huma annullati, sa fejn dawn jirrigwardaw lil Suzanne Saleh Thabet, Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak u Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak kif ukoll Heddy Mohamed Magdy Hussein Rassekh u Khadiga Mahmoud El Gammal.

    4) 

    Id-Deċiżjoni 2017/496, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/491 tal-21 ta' Marzu 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/466 tal-21 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/465 tal-21 ta' Marzu 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu, huma annullati, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lil Mohamed Hosni Elsayed Mubarak.

    5) 

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat kemm għall-ispejjeż sostnuti fil-proċeduri fl-ewwel istanza kif ukoll għal dawk sostnuti fl-appelli preżenti.


    ( 1 ) ĠU C 35, 1.2.2021.

    Top