Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TO0212

    Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Settembru 2019.
    Karolina Romańska vs L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.
    Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Kuntratt għal żmien indeterminat – Artikolu 47(ċ)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Xoljiment – Raġunijiet għax-xoljiment – Ksur tar-relazzjoni ta’ fiduċja – Diskriminazzjoni u fastidju psikoloġiku – Talba għad-danni – Inammissibbiltà manifesta.
    Kawża T-212/18.

    Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Settembru 2019 – Romańska vs Frontex

    (Kawża T-212/18)

    “Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Kuntratt għal żmien indeterminat – Artikolu 47(ċ)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Xoljiment – Raġunijiet għax-xoljiment – Ksur tar-relazzjoni ta’ fiduċja – Diskriminazzjoni u fastidju psikoloġiku – Talba għad-danni – Inammissibbiltà manifesta”

    1. 

    Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati

    [Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal_Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal_Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76( d))

    (ara l-punti 41, 42, 51)

    2. 

    Uffiċjali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kunċett – Oneru tal-prova

    (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

    (ara l-punti 53, 54, 56)

    3. 

    Rikorsi tal-uffiċjali – Suġġett – Ordni indirizzata lill-amministrazzjoni – Inammissibbiltà

    (Artikoli 263 u 270 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91)

    (ara l-punt 61)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-14 ta’ Ġunju 2017 li permezz tagħha d-Direttur Eżekuttiv tal-FRONTEX, fil-funzjoni tiegħu ta’ Awtorità tal-Ħatra, xolja l-kuntratt ta’ imjieg tar-rikorrenti b’effett minn wara perjodu ta’ preavviż ta’ tmien xhur u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet minħabba d-diskriminazzjoni u l-fastidju psikoloġiku ikkawżati minn FRONTEX u li laħqu l-quċċata permezz tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija.

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2) 

    Karolina Romańska hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top