This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TJ0598
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Jannar 2020.
Grupo Textil Brownie, SL vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali BROWNIE – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti BROWNIES, BROWNIE, Brownies u Brownie – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001).
Kawża T-598/18.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Jannar 2020.
Grupo Textil Brownie, SL vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali BROWNIE – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti BROWNIES, BROWNIE, Brownies u Brownie – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001).
Kawża T-598/18.
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2020:22
Kawża T‑598/18
Grupo Textil Brownie, SL
vs
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Jannar 2020
“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali BROWNIE – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti BROWNIES, BROWNIE, Brownies u Brownie – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001)”
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni relattiva għal rifjut – Data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Irtirar tal-Istat Membru kkonċernat mill-Unjoni – Assenza ta’ effett
(Artikolu 50 TUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1) u (2)(a)(ii), u 42(3))
(ara l-punt 19)
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Interpretazzjoni li tieħu inkunsiderazzjoni r-ratio legis tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, premessa 10 u Artikolu 42(2) u (3); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 22(3))
(ara l-punt 30)
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 22(3))
(ara l-punti 31 sa 34, 51)
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu matul il-perijodu ta’ ħames snin
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3))
(ara l-punti 37, 38)
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Użu matul il-perijodu ta’ ħames snin – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi li jikkonċernaw użu barra minn dan il-perijodu – Kundizzjonijiet
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 22(3))
(ara l-punt 41)
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Saħħa probatorja tal-provi – Kriterji ta’ evalwazzjoni
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 42(2) u (3), u 78(1)(f))
(ara l-punti 53, 74, 76)
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Użu tat-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark – Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) u Artikolu 42(2) u (3))
(ara l-punti 61 sa 63)
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità – Ħtieġa ta’ eżami strett u komplet f’kull każ konkret
(ara l-punt 93)
Sunt
Fis-sentenza Grupo Textil Brownie vs EUIPO – The Guide Association (BROWNIE) (T‑598/18), mogħtija fit-30 ta’ Jannar 2020, il-Qorti Ġenerali speċifikat ċerti aspetti li jikkonċernaw il-prova tal-użu ġenwin ta’ trade mark preċedenti u ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Guide Association (iktar ’il quddiem l-“intervenjenti”) u Grupo Textil Brownie (iktar ’il quddiem ir-“rikorrenti”).
F’dan il-każ, l-intervenjenti kienet ippreżentat oġġezzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali BROWNIE, billi bbażat ruħha fuq is-sensiela ta’ trade marks tar-Renju Unit verbali preċedenti BROWNIES, BROWNIE, Brownies u Brownie (iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, it-“trade mark preċedenti”). Ir-rikorrenti talbet li l-intervenjenti tressaq prova li t-trade mark preċedenti kienet is-suġġett ta’ użu ġenwin. Peress li qieset li l-intervenjenti kienet ressqet tali prova, id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO kkonkludiet li kienet teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti fir-rigward ta’ ċerti prodotti u servizzi u, għalhekk, laqgħet parzjalment l-oppożizzjoni. L-appell minn din id-deċiżjoni kien ġie miċħud mill-Bord tal-Appell tal-EUIPO.
Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ( 1 ), il-Qorti Ġenerali fakkret li sabiex tiġi evalwata l-eżistenza ta’ raġuni marbuta ma’ oppożizzjoni, wieħed għandu jqiegħed ruħu fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea li kontriha tressqet l-oppożizzjoni fuq il-bażi ta’ trade mark preċedenti. B’hekk, id-diversi aspetti tat-trade mark preċedenti għandhom jiġu eżaminati kif kienu jinsabu fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal tali reġistrazzjoni. Il-fatt li t-trade mark preċedenti tista’ titlef l-istatus ta’ trade mark irreġistrata fi Stat Membru ( 2 ) f’mument wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea li kontriha tressqet l-oppożizzjoni fuq il-bażi ta’ din it-trade mark preċedenti, b’mod partikolari wara l-eventwali ħruġ tal-Istat Membru kkonċernat mill-Unjoni Ewropea konformement mal-Artikolu 50 TUE, mingħajr ma jkunu ġew previsti dispożizzjonijiet speċifiċi f’dan ir-rigward f’eventwali ftehim konkluż taħt l-Artikolu 50(2) TUE, huwa għalhekk, bħala prinċipju, irrilevanti fir-rigward tal-eżitu tal-oppożizzjoni. L-eżistenza ta’ interess ġuridiku f’rikors quddiem il-Qorti Ġenerali kontra deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Appell tal-EUIPO li tilqa’ tali oppożizzjoni bbażata fuq tali trade mark nazzjonali preċedenti – jew li tikkonferma deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni f’dan is-sens – lanqas ma hija, bħala prinċipju, affettwata minn dan.
Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali osservat li, sa fejn ir-rikorrenti ssostni li ċerti provi ma jikkonċernawx il-perijodu rilevanti, mill-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 jirriżulta b’mod inekwivoku li huwa biss l-użu ġenwin li għandu jitwettaq matul il-perijodu rilevanti. Sakemm il-provi invokati bil-għan li jintwera l-użu ġenwin jikkonċernaw użu li sar matul il-perijodu rilevanti, ma jistax ikun meħtieġ li dawn il-provi jkunu ġew stabbiliti huma stess matul dan il-perijodu rilevanti. Għalhekk, l-argument tar-rikorrenti, fis-sens li ċerti provi ma jikkonċernawx il-perijodu rilevanti għas-sempliċi raġuni li ġew stabbiliti fi żmien li ma jaqax fl-imsemmi perijodu, ma jistax, bħala tali, jinnega n-natura probatorja tagħhom fid-dawl tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009.
Fit-tielet lok, fir-rigward ta’ provi li jikkonċernaw użu magħmul qabel jew wara l-perijodu rilevanti, il-Qorti Ġenerali fakkret li mill-ġurisprudenza jirriżulta li t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ tali provi huwa possibbli, sa fejn jippermetti li jiġu kkonfermati jew li jiġu evalwati aħjar il-portata tal-użu tat-trade mark preċedenti kif ukoll l-intenzjonijiet reali tal-proprjetarju matul dan il-perijodu. Madankollu, tali provi jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni biss jekk ikunu ġew prodotti provi oħra li, min-naħa tagħhom, ikunu jikkonċernaw il-perijodu rilevanti.
Fir-raba’ lok, fir-rigward tal-materjal pubbliċitarju invokat bħala prova ta’ użu ġenwin, il-Qorti Ġenerali ammettiet, minn naħa, li diġà ġie deċiż li bħala prinċipju huwa meħtieġ li jintwera li l-materjal pubbliċitarju li jsemmi t-trade mark preċedenti li l-użu ġenwin tagħha għandu jiġi pprovat ikun tqassam b’mod suffiċjenti fost il-pubbliku rilevanti sabiex tiġi stabbilita n-natura ġenwina tal-użu tat-trade mark inkwistjoni. Madankollu, il-Qorti Ġenerali osservat, minn naħa, li mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-provi tal-użu ġenwin ta’ trade mark, ma għandhiex titwettaq analiżi ta’ kull waħda mill-provi b’mod iżolat iżda dawn il-provi għandhom jiġu analizzati flimkien, sabiex tiġi identifikata l-iktar tifsira probabbli u koerenti tagħhom. B’hekk, anki jekk il-valur probatorju ta’ prova jkun limitat, sa fejn, ikkunsidrata b’mod iżolata, din il-prova ma turix b’ċertezza jekk u kif il-prodotti kkonċernati kinux tqiegħdu fis-suq, u anki jekk din il-prova għalhekk ma tkunx deċiżiva waħedha, hija xorta waħda tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni globali tan-natura ġenwina tal-użu tat-trade mark inkwistjoni. Dan japplika, pereżempju, meta din il-prova tittieħed inkunsiderazzjoni flimkien ma’ provi oħra. F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali qieset li l-materjal pubbliċitarju kien jikkostitwixxi prova fost provi oħra, b’tali mod li seta’ jittieħed inkunsiderazzjoni mill-Bord tal-Appell.
Fil-ħames u l-aħħar lok, fir-rigward tal-valur probatorju ta’ dikjarazzjoni fuq l-unur intiża li turi l-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti, il-Qorti Ġenerali fakkret li mill-Artikolu 78(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009 ( 3 ) jirriżulta li d-dikjarazzjonijiet bil-miktub, magħmula taħt ġurament jew b’mod solenni, jew li għandhom effett ekwivalenti skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat fejn isiru, jagħmlu parti mill-miżuri istruttorji li l-EUIPO jista’ b’mod partikolari jieħu. F’dan il-każ, id-dikjarazzjoni fuq l-unur kienet saret fil-forma ta’ dikjarazzjoni minn xhud, li hija l-forma deskritta mir-regoli proċedurali ċivili applikabbli fl-Ingilterra u f’Wales. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali osservat li mill-ġurisprudenza jirriżulta li, meta, bħal f’dan il-każ, dikjarazzjoni tkun ġiet stabbilita fis-sens tal-Artikolu 78(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009 minn wieħed mill-membri tal-persunal responsabbli għal funzjonijiet ta’ tmexxija tal-parti li għandha turi l-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti, l-imsemmija dikjarazzjoni tkun tista’ tingħata valur probatorju fil-każ biss li tkun ikkorroborata minn provi oħra, li kien il-każ fil-kawża ineżami.
( 1 ) Meta ngħalqu d-deliberazzjonijiet, il-Ftehim dwar il-Ħruġ kien għadu ma ġiex adottat b’mod definittiv.
( 2 ) Fis-sens tal-Artikolu 8(2)(a)(ii) u tal-Artikolu 42(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1), kif emendat (issostitwit bir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2017, L 154, p. 1)).
( 3 ) Li sar l-Artikiolu 97(1)(f) tar-Regolament 2017/1001.