Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TJ0223

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2021.
    Casa Regina Apostolorum della Pia Società delle Figlie di San Paolo vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Għajnuna mill-Istat – Servizzi ta’ kura tas-saħħa – Sussidji diretti mogħtija lill-isptarijiet pubbliċi fir-Reġjun tal-Lazio (l-Italja) – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Rikors għal annullament – Att regolatorju li ma jinkludix miżuri ta’ implimentazzjoni – Inċidenza diretta – Ammissibbiltà – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kunċett ta’ attività ekonomika.
    Kawża T-223/18.

    Court reports – general

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2021:315

     Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat‑2 ta’ Ġunju 2021 –
    Casa Regina Apostolorum della Pia Società delle Figlie di San Paolo vs Il‑Kummissjoni

    (Kawża T‑223/18)

    “Għajnuna mill-Istat – Servizzi ta’ kura tas-saħħa – Sussidji diretti mogħtija lill-isptarijiet pubbliċi fir-Reġjun tal-Lazio (l-Italja) – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Rikors għal annullament – Att regolatorju li ma jinkludix miżuri ta’ implimentazzjoni – Inċidenza diretta – Ammissibbiltà – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kunċett ta’ attività ekonomika”

    1. 

    Proċedura ġudizzjarja – Rappreżentanza tal-partijiet – Mandat ad litem – Grad ta’ preċiżjoni meħtieġ

    (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 19; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 51)

    (ara l-punti 54 sa 61)

    2. 

    Proċedura ġudizzjarja – Rappreżentanza tal-partijiet – Mandat ad litem – Produzzjoni mhux meħtieġa għall-membri tal-persunal tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni

    (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 19; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 51)

    (ara l-punti 64 sa 66)

    3. 

    Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kunċett ta’ att regolatorju fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi

    (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

    (ara l-punti 73 sa 77)

    4. 

    Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti regolatorji – Atti li ma jinkludux miżuri ta’ eżekuzzjoni u li jikkonċernaw lir-rikorrent direttament – Kunċett ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni – Kriterji – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Att li ma jinkludix miżuri ta’ eżekuzzjoni fir-rigward tal-kompetituri tal-benefiċjarji tal-miżura nazzjonali li tqieset bħala li ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat

    (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

    (ara l-punti 78 sa 88)

    5. 

    Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti regolatorji – Atti li ma jinkludux miżuri ta’ eżekuzzjoni u li jikkonċernaw lir-rikorrent direttament – Kunċett ta’ inċidenza diretta – Kriterji – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Rikors ta’ entità kompetitriċi tal-impriża benefiċjarja – Entità kompetitriċi li turi inċidenza diretta fuq id-dritt tagħha li ma ġġarrabx kompetizzjoni distorta – Ammissibbiltà

    (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

    (ara l-punti 89 sa 101)

    6. 

    Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Interpretazzjoni tal-motivazzjoni ta’ att amministrattiv – Limiti – Sostituzzjoni tal-motivazzjoni tal-awtur tal-att ikkontestat b’dik tal-qorti tal-Unjoni – Inammissibbiltà

    (Artikoli 263 u 264 TFUE)

    (ara l-punti 103 sa 108)

    7. 

    Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li tiddikjara l-ineżistenza ta’ għajnuna mill-Istat iddenunzjata minn lanjant – Espożizzjoni tar-raġunijiet li wasslu lill-Kummissjoni sabiex tikkonkludi li ma kienx hemm provi li juru l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat – Motivazzjoni suffiċjenti

    (Artikoli 107(1) u 296 TFUE)

    (ara l-punti 120 sa 142)

    8. 

    Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Impriża – Kunċett – Eżerċizzju ta’ attività ekonomika – Kunċett – Kura tas-saħħa mogħtija minn sptarijiet pubbliċi fil-kuntest tas-servizz tas-saħħa nazzjonali – Esklużjoni – Kundizzjonijiet – Attivitajiet ta’ kura mwettqa mingħajr skop ta’ lukru u taħt il-kontroll tal-Istat – Attivitajiet ta’ kura mwettqa fil-kuntest ta’ sistema li timplimenta l-prinċipji ta’ solidarjetà u ta’ universalità – Evalwazzjoni – Servizz tas-saħħa nazzjonali bbażat fuq il-prinċipji ta’ solidarjetà u ta’ universalità minkejja l-applikazzjoni ta’ prinċipji ta’ kompetizzjoni u ta’ għażla libera tal-pazjent

    (Artikolu 107(1) TFUE)

    (ara l-punti 147 sa 173)

    9. 

    Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Impriża – Kunċett – Eżerċizzju ta’ attività ekonomika – Kunċett – Kura tas-saħħa mogħtija minn sptarijiet pubbliċi fil-kuntest ta’ servizz tas-saħħa nazzjonali – Esklużjoni – Sptarijiet pubbliċi li jwettqu wkoll attivitajiet ta’ eżerċizzju liberali li ma jaqgħux taħt is-servizz tas-saħħa nazzjonali – Assenza ta’ rilevanza – Kundizzjoni – Osservanza tal-obbligu li tinżamm kontabbiltà separata

    (Artikolu 107(1) TFUE)

    (ara l-punti 178 sa 184)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 7973 final tal‑4 ta’ Diċembru 2017 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.39913 (2017/NN) – l-Italja – Kumpens allegat tal-isptarijiet pubbliċi fir-Reġjun tal-Lazio.

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2) 

    Casa Regina Apostolorum della Pia Società delle Figlie di San Paolo għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    Top