Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CO0755

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad-19 ta’ Marzu 2019.
    Harry Shindler et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
    Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Dritt istituzzjonali – Irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea – Artikolu 50 TUE – Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati mar-Renju Unit sabiex jiġi konkluż ftehim li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-irtirar – Telf taċ-ċittadinanza tal-Unjoni – Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Inċidenza diretta.
    Kawża C-755/18 P.

    Court reports – general

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2019:221

     Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad‑19 ta’ Marzu 2019 – Shindler et vs Il‑Kunsill

    (Kawża C‑755/18 P)

    “Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Dritt istituzzjonali – Irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea – Artikolu 50 TUE – Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati mar-Renju Unit sabiex jiġi konkluż ftehim li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-irtirar – Telf taċ-ċittadinanza tal-Unjoni – Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Inċidenza diretta”

    Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Atti li jbiddlu s-sitwazzjoni legali tal-appellant – Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati ma’ Stat Membru sabiex jiġi konkluż ftehim relatat mal-irtirar tiegħu mill-Unjoni – Rikors ta’ ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat – Assenza ta’ effett legali vinkolanti fuq l-appellanti – Inammissibbiltà

    (Artikolu 50 TUE; ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

    (ara l-punti 30‑32, 36‑39)

    Dispożittiv

    1) 

    L-appell huwa miċħud bħala, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment, manifestament infondat.

    2) 

    Harry Shindler, Christopher David Randolph, Douglas Edward Watson, Michael Charles Strawson, Malcolm John Carmichael Evans, Teresa Mary Pöller, Nicholas Peter March, Jennifer Ann Cording, Hilary Elizabeth Walker, Charles Pearson Braagaard, Victoria Anne Lemarchand, Nicola James u Anna Rosemary Carruthers għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

    Top