This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CO0689
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Marzu 2019.
XT vs Elliniko Dimosio.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Taxxi interni – Projbizzjoni ta’ taxxi diskriminatorji – Taxxa fuq il-prodotti ta’ lussu – Vetturi bil-mutur – Eżenzjoni mit-taxxa skont id-data tal-ewwel tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni fl-Istat Membru ta’ tassazzjoni – Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-data tal-ewwel tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni fi Stat Membru ieħor.
Kawża C-689/18.

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Marzu 2019 – Elliniko Dimosio
(Kawża C-689/18) ( 1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Taxxi interni – Projbizzjoni ta’ taxxi diskriminatorji – Taxxa fuq il-prodotti ta’ lussu – Vetturi bil-mutur – Eżenzjoni mit-taxxa skont id-data tal-ewwel tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni fl-Istat Membru ta’ tassazzjoni – Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-data tal-ewwel tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni fi Stat Membru ieħor”
Dispożizzjonijiet fiskali Taxxi interni– Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bejn merkanzija importata u merkanzija nazzjonali simili Taxxa fuq il-prodotti ta’ lussu Taxxa li tolqot il-vetturi privati għal użu privat b’ċilindrata kbira Eżenzjoni rriżervata għall-vetturi li għandhom iktar minn għaxar snin mid-data tal-ewwel tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni tagħhom Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-data tal-ewwel tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni fi Stat Membru ieħor Inammissibbiltà
(Artikolu 110 TFUE)
(ara l-punt 26 u d-dispożittiv)
Dispożittiv
L-Artikolu 110 tat-TFUE għandu jiġi interpretat bħala li jipprekludi r-regolamentazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema kull sid jew pussessur ta’ karozza tal-passiġġieri b’ċilindrata kbira li l-anzjanità tagħha, ikkalkulata mid-data tal-ewwel dħul fiċ-ċirkolazzjoni f'dak l-Istat Membru, hija ikbar minn għaxar snin hija eżentata mit-taxxa fuq il-prodotti ta’ lussu, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni eventwali tqegħid fis-suq preċedenti li tkun ġrat fi Stat Membru ieħor.
( 1 ) ĠU C 25, 21.1.2019.