This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CO0652
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019.
SZ vs Mitnitsa Burgas.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kontroll tal-flus kontanti li jidħlu jew joħorġu mill-Unjoni Ewropea – Regolament (KE) Nru 1889/2005 – Artikolu 3(1) – Ksur tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni – Artikolu 9(1) – Sanzjonijiet previsti mid-dritt nazzjonali – Leġiżlazzjoni nazzjonali – Multa u l-konfiska tas-somma mhux iddikjarata għall-profitt tal-Istat – Proporzjonalità.
Kawża C-652/18.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2019:818
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat‑3 ta’ Ottubru 2019 – Mitnitsa Burgas
(Kawża C‑652/18) ( 1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kontroll tal-flus kontanti li jidħlu jew joħorġu mill-Unjoni Ewropea – Regolament (KE) Nru 1889/2005 – Artikolu 3(1) – Ksur tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni – Artikolu 9(1) – Sanzjonijiet previsti mid-dritt nazzjonali – Leġiżlazzjoni nazzjonali – Multa u l-konfiska tas-somma mhux iddikjarata għall-profitt tal-Istat – Proporzjonalità”
Moviment liberu tal-kapital u libertà tal-pagamenti – Kontrolli tal-flus kontanti li jidħlu jew joħorġu mill-Unjoni Ewropea – Regolament Nru 1889/2005 – Obbligu ta’ dikjarazzjoni – Ksur – Sanzjonijiet – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-impożizzjoni ta’ multa amministrattiva u l-konfiska, għall-profitt tal-Istat, tas-somma mhux iddikjarata – Inammissibbiltà – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1889/2005, Artikoli 3, 4(2) u 9(1))
(ara l-punti 29, 31 sa 34, 36, u d-dispożittiv)
Dispożittiv
L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Ottubru 2005 dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, sabiex tissanzjona ksur tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni previst fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, tipprevedi, minbarra l-impożizzjoni ta’ multa amministrattiva, il-konfiska għall-profitt tal-Istat tas-somma mhux iddikjarata.
( 1 ) ĠU C 4, 7.1.2019.