Kies de experimentele functies die u wilt uitproberen

Dit document is overgenomen van EUR-Lex

Document 62018CO0545

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ April 2019.
    Kawża mressqa minn DP u Finanzamt Linz.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Prinċipji tal-liġi tal-Unjoni — Supremazija — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-qrati inferjuri jsegwu l-interpretazzjoni tal-qrati superjuri — Limitazzjoni tal-proċeduri quddiem il-qrati superjuri għall-evalwazzjoni tal-kwistjonijiet ta’ dritt u tal-motivi mressqa quddiem il-qrati inferjuri.
    Kawża C-545/18.

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It‑Tmien Awla) tal-4 ta’ April 2019 –
    Finanzamt Linz (Leġiżlazzjoni Awstrijaka fuq il-logħob tal-ażżard)

    (Kawża C‑545/18)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Prinċipji tal-liġi tal-Unjoni — Supremazija — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-qrati inferjuri jsegwu l-interpretazzjoni tal-qrati superjuri — Limitazzjoni tal-proċeduri quddiem il-qrati superjuri għall-evalwazzjoni tal-kwistjonijiet ta’ dritt u tal-motivi mressqa quddiem il-qrati inferjuri”

    Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Indikazzjoni tar-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari — Portata tal-obbligu fil-qasam tal-libertajiet fundamentali

    (Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 53(2) u 94)

    (ara l-punti 19-21, 25-31)

    Dispożittiv

    It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Oberösterreich, l-Awstrija), b’deċiżjoni tas-16 ta’ Awwissu 2018, hija manifestament inammissibbli.

    Naar boven