Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CO0296

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2018.
    Conseil départemental de l’ordre des chirurgiens-dentistes de la Haute-Garonne vs RG u RG.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Direttiva 2000/31/KE – Servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni – Pubbliċità magħmula permezz ta’ sit tal-internet – Professjoni rregolata – Kirurgu dentali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi kull pubbliċità permezz ta’ sit tal-internet.
    Kawża C-296/18.

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat‑23 ta’ Ottubru 2018 – Conseil départemental de l’ordre des chirurgiens-dentistes de la Haute-Garonne

    (Kawża C‑296/18)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Direttiva 2000/31/KE – Servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni – Pubbliċità magħmula permezz ta’ sit tal-internet – Professjoni rregolata –Kirurgu dentali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi kull pubbliċità permezz ta’ sit tal-internet”

    1. 

    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Kummerċ elettroniku – Direttiva 2000/31 – Provvista ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – Awtorizzazzjoni tal-komunikazzjonijiet kummerċjali li jifformaw parti minn tali servizz ipprovdut minn membru ta’ professjoni rregolata – Kunċett ta’ komunikazzjoni kummerċjali – Pubbliċità magħmula permezz ta’ sit tal-internet maħluq minn dentist fir-rigward ta’ servizzi ta’ kura tal-ħalq u tas-snien – Inklużjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/31, Artikolu 8(1))

    (ara l-punti 14 sa 16)

    2. 

    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Kummerċ elettroniku – Direttiva 2000/31 – Provvista ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – Awtorizzazzjoni tal-komunikazzjonijiet kummerċjali li jifformaw parti minn tali servizz ipprovdut minn membru ta’ professjoni rregolata – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi b’mod ġenerali u assolut kull pubbliċità mill-membri tal-professjoni odontoloġika permezz ta’ sit tal-internet – Inammissibbiltà

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/31, Artikolu 8(1))

    (ara l-punti 17 sa 19, 22 u d-dispożittiv)

    Dispożittiv

    L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi b’mod ġenerali u assolut kull pubbliċità tal-membri tal-professjoni odontoloġika, sa fejn din tipprekludihom minn kull użu ta’ proċessi pubbliċitarji li jippromwovu lilhom infushom u l-kumpannija tagħhom fuq is-sit tal-internet tagħhom.

    Top