Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CO0184

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018.
Fazenda Pública vs Carlos Manuel Patrício Teixeira u Maria Madalena da Silva Moreira Patrício Teixeira.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Tassazzjoni diretta – Artikolu 18 TFUE – Prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni – Artikoli 63, 64 u 65 TFUE – Moviment liberu tal-kapital – Piż fiskali ikbar fuq il-qligħ kapitali mill-proprjetà mwettaq minn persuni mhux residenti – Restrizzjonijiet fuq il-movimenti tal-kapital lejn jew minn pajjiż terz.
Kawża C-184/18.

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 – Patrício Teixeira

(Kawża C-184/18) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Tassazzjoni diretta – Artikolu 18 TFUE – Prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni – Artikoli 63, 64 u 65 TFUE – Moviment liberu tal-kapital – Piż fiskali ikbar fuq il-qligħ kapitali mill-proprjetà mwettaq minn persuni mhux residenti – Restrizzjonijiet fuq il-movimenti tal-kapital lejn jew minn pajjiż terz”

Moviment liberu tal-kapital–Restrizzjonijiet–Leġiżlazzjoni fiskali–Taxxa fuq id-dħul–Piż fiskali ikbar fuq il-qligħ kapitali mill-proprjetà mwettaq minn persuni mhux residenti–Inammissibbiltà–Ġustifikazzjoni–Assenza

(Artikolu 63 TFUE, 64(1), TFUE u 65(1) TFUE)

(ara l-punt 43 u d-dispożittiv)

Dispożittiv

Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-qligħ kapitali li jirriżulta mit-trasferiment, minn persuna residenti fi Stat terz, ta’ proprjetà immobbli li tinsab f’dak l-Istat Membru għal piż fiskali ikbar minn dak li jiġi applikat għal dan l-istess tip ta’ tranżazzjoni fuq il-qligħ kapitali mwettaq minn persuna residenti tal-imsemmi Stat Membru tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital li, bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, ma taqax taħt l-eċċezzjoni prevista mill-Artikolu 64(1) TFUE u ma tistax tkun iġġustifikata mir-raġunijiet previsti fl-Artikolu 65(1) TFUE?


( 1 ) ĠU C 182, 28.5.2018.

Top