Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CJ0732

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020.
    PAO Rosneft Oil Company PAO et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
    Appell – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa li jiddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina – Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li japplika għalihom l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni tal-isem tar-rikorrenti fuq il-lista tal-entitajiet li japplikaw għalihom il-miżuri restrittivi.
    Kawża C-732/18 P.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2020:727

     Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020
    Rosneft et vs Il-Kunsill

    (Kawża C-732/18 P) ( 1 )

    “Appell – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa li jiddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina – Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li japplika għalihom l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni tal-isem tar-rikorrenti fuq il-lista tal-entitajiet li japplikaw għalihom il-miżuri restrittivi”

    1. 

    Proċedura ġudizzjarja – Awtorità ta’ res judicata – Portata – Sentenza preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-validità ta’ att tad-dritt tal-Unjoni – Rikors għal annullament b’motivi u argumenti simili għal dawk imressqa fil-kawża preliminari, iżda li ma kienux bejn l-istess partijiet – Assenza ta’ awtorità ta’ res judicata tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja

    (Artikoli 263 u 267 TFUE)

    (ara l-punti 51 sa 56)

    2. 

    Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Restrizzjonijiet għall-esportazzjoni u għall-aċċess għas-suq tal-kapital tal-Unjoni – Obbligu li jiġu identifikati fil-motivazzjoni l-elementi speċifiċi u konkreti li jiġġustifikaw l-imsemmija miżura – Deċiżjoni li taqa’ f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li tippermettilha tifhem il-portata tal-miżura meħuda fil-konfront tagħha – Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja

    (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESC, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2016/2315, Artikolu 1(2) u Anness III; Regolament tal-Kunsill Nru 833/2014, kif emendat bir-Regolament Nru 1290/2014, Artikolu 5(2)(a), (b) u (ċ), u Anness VI)

    (ara l-punti 76 sa 78, 80 sa 83)

    3. 

    Appell – Aggravji – Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

    (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 117)

    (ara l-punt 115)

    Dispożittiv

    1) 

    L-appell huwa miċħud.

    2) 

    Rosneft Oil Company PAO, RN-Shelf-Arctic OOO, RN-Shelf-Far East AO, RN-Exploration OOO u Tagulskoe OOO huma kkundannati, minbarra għall-ispejjeż tagħhom, għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    3) 

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    ( 1 ) ĠU C 93, 11.3.2019.

    Top