EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CJ0638

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ April 2020.
Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 2008/50/KE – Kwalità tal-arja fl-ambjent – Artikolu 13(1) u Anness XI – Qbiż sistematiku u persistenti tal-valuri limiti għall-mikropartiċelli (PM10) fiż-żona RO32101 (Bukarest, ir-Rumanija) – Artikolu 23(1) – Anness XV – Perijodu ta’ qbiż ‘l-iqsar possibbli’ – Miżuri xierqa.
Kawża C-638/18.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2020:334

 Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ April 2020 – Il‑Kummissjoni vs Ir-Rumanija (Qbiż tal-valuri limiti għall-PM10)

(Kawża C-638/18) ( 1 )

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 2008/50/KE – Kwalità tal-arja fl-ambjent – Artikolu 13(1) u Anness XI – Qbiż sistematiku u persistenti tal-valuri limiti għall-mikropartiċelli (PM10) fiż-żona RO32101 (Bukarest, ir-Rumanija) – Artikolu 23(1) – Anness XV – Perijodu ta’ qbiż ‘l-iqsar possibbli’ – Miżuri xierqa”

1. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Suġġett tat-tilwima – Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża – Modifika ulterjuri f’sens restrittiv – Ammissibbiltà

(Artikolu 258 TFUE)

(ara l-punti 48-51)

2. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Suġġett tat-tilwima – Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża – Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatti li ġraw wara l-għoti tal-opinjoni motivata – Kundizzjonijiet – Fatti tal-istess natura u magħmula mill-istess aġir bħal dak inizjalment ikkunsidrat

(Artikolu 258 TFUE)

(ara l-punti 53-58)

3. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Proċedura prekontenzjuża – Tul eċċessiv – Ċirkustanza li ma taffettwax l-ammissibbiltà ta’ appell ħlief fil-każ ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża – Oneru tal-prova

(Artikolu 258 TFUE)

(ara l-punt 60)

4. 

Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Kwalità tal-arja ambjentali – Direttiva 2008/50 – Valuri limiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem – Mikropartiċelli – Qbiż sistematiku u persistenti tal-valur limitu f’żona waħda – Inammissibbiltà – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu sistematiku u persistenti

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/50, Artikolu 13(1) u Anness XI)

(ara l-punti 67-75)

5. 

Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Kwalità tal-arja tal-ambjent – Direttiva 2008/50 – Valuri limiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem – Mikropartiċelli – Qbiż – Konsegwenzi – Obbligu għall-Istat li jistabbilixxi pjan sabiex jirrimedja għal dan – Terminu – Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ miżuri xierqa u effettivi li jiggarantixxu l-perijodu ta’ qbiż l-iktar qasir possibbli – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/50, Artikoli 13(1) u 23(1))

(ara l-punti 112-125)

Dispożittiv

1) 

Ir-Rumanija, minn naħa, minħabba n-nuqqas ta’ osservanza sistematika u persistenti, sa mis-sena 2007 u sa, mill-inqas, is-sena 2016, tal-valuri limiti ta’ kuljum għall-konċentrazzjonijiet tal-PM10, u, minħabba n-nuqqas ta’ osservanza sistematika u persistenti, sa mis-sena 2017 sas-sena 2014 inkluża, bl-eċċezzjoni tas-sena 2013, tal-valuri limiti annwali għall-konċentrazzjonijiet tal-PM10 fiż-żona RO 32101 (Bukarest, ir-Rumanija), naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, moqri flimkien mal-Anness XI ta’ din id-direttiva, u, min-naħa l-oħra, naqset, f’dak li jikkonċerna din iż-żona, sa mill-11 ta’ Ġunju 2010, milli twettaq l-obbligi tagħha abbażi tal-Artikolu 23(1) ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-Anness XV tagħha, b’mod partikolari l-obbligu, previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 23(1) tal-imsemmija direttiva, li tara li dan il-perijodu ta’ qbiż ikun l-iqsar possibbli.

2) 

Ir-Rumanija hija kkundannata għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 445, 10.12.2018

Top