Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CJ0304

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019.
    Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana.
    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Riżorsi proprji – Dazji doganali – Konstatazzjoni ta’ dejn doganali – Iskrizzjoni f’kontabbiltà separata – Obbligu ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ rkupru mibdija tard – Interessi moratorji.
    Kawża C-304/18.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2019:601

     Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal‑11 ta’ Lulju 2019 –
    Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (Riżorsi proprji – Irkupru ta’ dejn doganali)

    (Kawża C‑304/18) ( 1 )

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Riżorsi proprji – Dazji doganali – Konstatazzjoni ta’ dejn doganali – Iskrizzjoni f’kontabbiltà separata – Obbligu ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ rkupru mibdija tard – Interessi moratorji”

    1. 

    Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Konstatazzjoni u tqegħid għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri – Responsabbiltà tal-Istati Membri – Portata

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1552/89, Artikolu 13(1) u (2); Deċiżjonijiet tal-Kunsill 94/728, 2000/597, 2007/436 u 2014/335, Artikoli 2(1)(b) u 8(1))

    (ara l-punti 49, 50)

    2. 

    Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Konstatazzjoni u tqegħid għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri – Assenza ta’ konstatazzjoni u ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni mingħajr raġunijiet ta’ forza maġġuri jew impossibbiltà definittiva mhux imputabbli għall-Istat Membru kkonċernat li jipproċedi għall-irkupru – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

    (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1552/89 u Nru 1150/2000, Artikolu 17(2); Regolament tal-Kunsill Nru 609/2014, Artikolu 13(1) u (2))

    (ara l-punti 59 sa 61)

    3. 

    Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Konstatazzjoni u tqegħid għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri – Iskrizzjoni favur il-kont tal-Kummissjoni – Iskrizzjoni tardiva – Obbligu li jitħallsu interessi moratorji

    (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1552/89 u Nru 1150/2000, Artikoli 9(1) u 11; Regolament tal-Kunsill Nru 609/2014, Artikoli 9(1) u 12)

    (ara l-punti 70, 71)

    4. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Suġġett tat-tilwima – Talba intiża sabiex Stat Membru jiġi obbligat jadotta miżuri speċifiċi – Talba intiża sabiex tiffaċilita riżoluzzjoni bonarja tat-tilwima – Inammissibbiltà

    (Artikoli 258 u 260 TFUE)

    (ara l-punti 74, 75)

    Dispożittiv

    1) 

    Billi rrifjutat li tqiegħed għad-dispożizzjoni riżorsi proprji tradizzjonali li jammontaw għal EUR 2 120 309.50, indikati fl-avviż ta’ nuqqas eżiġibbiltà IT(07)08 917, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/728/KE Euratom tal‑31 ta’ Ottubru 1994 dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Komunità Ewropea, l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE Euratom tad‑29 ta’ Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej, l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE Euratom tas‑7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej, u l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE tas‑26 ta’ Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikoli 10, 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89 tad‑29 ta’ Mejju 1989 li jimplimenta d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet, l-Artikoli 10, 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat‑22 ta’ Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728, u l-Artikoli 10, 12 u 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas‑26 ta’ Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti.

    2) 

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3) 

    Ir-Repubblika Taljana għandha tbati tmenin fil-mija mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll l-ispejjeż tagħha stess.

    4) 

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati għoxrin fil-mija mill-ispejjeż tagħha stess.


    ( 1 ) ĠU C 221, 25.6.2018.

    Top