Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CJ0290

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019.
Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 92/43/KEE – Faune et flore sauvages – Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa – Article 4, paragraphe 4 – Annexes I et II – Siti ta’ importanza għall-Komunità – Non-désignation – Żoni speċjali ta' konservazzjoni – Mesures nécessaires – Non-adoption.
Kawża C-290/18.

Court reports – general

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2019:669

 Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal‑5 ta’ Settembru 2019 – Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (Désignation u protection des zones spéciales de conservation)

(Kawża C‑290/18) ) ( 1 )

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 92/43/KEE – Faune et flore sauvages – Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa – Article 4, paragraphe 4 – Annexes I et II – Siti ta’ importanza għall-Komunità – Non-désignation – Żoni speċjali ta' konservazzjoni – Mesures nécessaires – Non-adoption”

1. 

Ambjent – Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa – Direttiva 92/43 – Siti ta’ importanza għall-Komunità – Stabbiliment, mill-Kummissjoni, tal-lista nazzjonali tas-siti kkonċernati – Deskrizzjoni, mill-Istati Membri, bħala żoni speċjali ta’ konservazzjoni – Assenza – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

(Direttiva tal-Kunsill 92/43, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1), l-Artikolu 3(2) u (4); Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/813; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613)

(ara l-punti 32-34, 38)

2. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata

(Artikolu 258 TFUE)

(ara l-punti 36, 57)

3. 

Ambjent – Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa – Direttiva 92/43 – Żoni speċjali ta' konservazzjoni – Obbligi tal-Istati membri – Portata – Implementazzjoni effettiva tal-miżuri ta’ konservazzjoni – Assenza – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

(Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikoli 1(1), 2(2) u 6 (1), Annessi I u II)

(ara l-punti 50-54)

4. 

Stati Membri – Obbligi – Implimentazzjoni ta’ direttivi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern – Inammissibbiltà

(ara l-punt 57)

Dispożittiv

1) 

Billi ma indikatx bħala żoni speċjali ta’ konservazzjoni 61 sit ta’ importanza Komunitarja, irrikonoxxuti mill-Kummissjoni Ewropea fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/813/KE tas‑7 ta’ Diċembru 2004 li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill92/43/KEE, l-elenku ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Atlantiku, u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE tad‑19 ta’ Lulju 2006 li tadotta, skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-elenku ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju, malajr kemm jista’ jkun u sa mhux iktar tard minn sitt snin mid-data tal-adozzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet, u, billi ma adottatx il-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa li jissodisfaw ir-rekwiżiti ekoloġiċi tat-tipi ta’ ħabitats naturali msemmija fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal‑21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, u l-ispeċi msemmija fl-Anness II ta’ din id-direttiva preżenti fuq dawn is-siti ta’ importanza Komunitarja, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha bis-saħħa tal-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 6(1) tal-istess direttiva.

2) 

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 249, 16.7.2018.

Top