Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CJ0220

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018.
    ML.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI – Artikolu 1(3) – Proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri – Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni – Raġunijiet għan-noneżekuzzjoni – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 4 – Projbizzjoni ta’ trattament inuman jew degradanti – Kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fl-Istat Membru emittenti – Portata tal-eżami mwettaq mill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni – Eżistenza ta’ rikors fl-Istat Membru emittenti – Assigurazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet ta’ dan l-Istat Membru.
    Kawża C-220/18 PPU.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Kawża C-220/18 PPU

    ML

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI – Artikolu 1(3) – Proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri – Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni – Raġunijiet għan-noneżekuzzjoni – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 4 – Projbizzjoni ta’ trattament inuman jew degradanti – Kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fl-Istat Membru emittenti – Portata tal-eżami mwettaq mill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni – Eżistenza ta’ rikors fl-Istat Membru emittenti – Assigurazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet ta’ dan l-Istat Membru”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018

    1. Domandi preliminari–Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari–Kundizzjonijiet–Persuna mċaħħda mil-libertà–Soluzzjoni tal-kwistjoni li jista’ jkollha inċidenza fuq din iċ-ċaħda ta’ libertà

      (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 107)

    2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali–Deċiżjoni Qafas dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri–Konsenja ta’ persuni kkundannati jew taħt suspett lill-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti–Obbligu ta’ rispett tad-drittijiet u tal-prinċipji ġuridiċi fundamentali–Portata–Limiti

      (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 4; Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299)

    3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali–Deċiżjoni Qafas dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri–Artikolu 15(2)–Konsenja ta’ persuni kkundannati jew taħt suspett lill-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti–Konsegwenzi tal-konstatazzjoni tar-riskju ta’ trattament inuman jew degradanti tal-persuna suġġetta għal mandat ta’ arrest Ewropew

      (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 4; Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, Artikolu 15(2))

    4. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali–Deċiżjoni Qafas dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri–Konsenja ta’ persuni kkundannati jew taħt suspett lill-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti–Obbligu ta’ rispett tad-drittijiet u tal-prinċipji ġuridiċi fundamentali–Kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fl-Istat Membru emittenti–Riskju ta’ trattament inuman jew degradanti–Verifika mill-awtorità ta’ eżekuzzjoni–Portata

      (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 4; Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, Artikoli 1(3) u (5), u 6(1))

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 43-46)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 54-62)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 63-66)

    4.  L-Artikolu 1(3), l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tipprovdi l-provi tal-eżistenza ta’ nuqqasijiet sistemiċi jew ġeneralizzati tal-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fi ħdan l-istabbilimenti penitenzjarji tal-Istat Membru emittenti, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika l-eżattezza fid-dawl tal-informazzjoni aġġornata kollha disponibbli:

      l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni ma tistax teskludi l-eżistenza ta’ riskju reali li l-persuna li tkun is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà tkun suġġetta għal trattament inuman jew degradanti, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-Karta, għar-raġuni biss li din il-persuna tiddisponi, fl-Istat Membru emittenti, minn proċedura ta’ rimedju li tippermettilha tikkontesta l-kundizzjonijiet tagħha fil-ħabs, għalkemm l-eżistenza ta’ tali possibbiltà ta’ azzjoni tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni minn din l-awtorità sabiex tagħti deċiżjoni fuq il-konsenja tal-persuna kkonċernata;

      l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni hija marbuta teżamina biss il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fi ħdan l-istabbilimenti penitenzjarji li fihom ikun probabbli, skont l-informazzjoni li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha, li l-imsemmija persuna tkun ser tinżamm, anki fuq bażi temporanja jew tranżitorja;

      l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha tivverifika, għal dan il-għan, il-kundizzjonijiet tad-detenzjoni konkreti u preċiżi tal-persuna kkonċernata li jkunu rilevanti biex jiġi ddeterminat jekk hija tkunx ser tgħaddi minn riskju reali ta’ trattament inuman jew degradanti, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

      l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tista’ tieħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-Istat Membru emittenti barra minn dik tal-awtorità ġudizzjarja emittenti, bħal, b’mod partikolari, l-assigurazzjoni li l-persuna kkonċernata ma tkunx ser tkun suġġetta għal trattament inuman jew degradanti, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

      (ara l-punt 117 u d-dispożittiv)

    Top