Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CD0543

    Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzj (Awla għall-eżami mill-ġdid) tas-17 ta’ Settembru 2018.
    HG vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Eżami mill-ġdid.
    Kawża C-543/18 RX.

    Court reports – general

    Kawża C-543/18 RX

    HG

    vs

    Il-Kummissjoni Ewropea

    “Eżami mill-ġdid”

    Sommarju – Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla għall-Eżami mill-Ġdid) tas‑17 ta’ Settembru 2018

    Eżami mill-ġdid – Suġġett tal-eżami mill-ġdid – Ħatra ta’ Mħallef – Possibbiltà ta’ ssuġġettar għal stħarriġ tal-legalità inċidentali – Kundizzjonijiet

    (Artikolu 256(2) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 62; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 193(4))

    L-eżami mill-ġdid għandu jitratta l-kwistjoni dwar jekk, b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad‑19 ta’ Lulju 2018, HG vs Il‑Kummissjoni (T‑693/16 P, mhux ippubblikata, EU:T:2018:492), tippreġudikax l-unità jew il-koerenza tad-dritt tal-Unjoni sa fejn l-imsemmija Qorti Ġenerali, fil-kapaċità tagħha bħala qorti ta’ appell, iddeċidiet li l-kulleġġ ġudikanti li ta s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tad‑19 ta’ Lulju 2016, HG vs Il‑Kummissjoni (F‑149/15, EU:F:2016:155), kien kompost b’mod irregolari minħabba irregolarità li kienet taffettwa l-proċedura ta’ ħatra ta’ wieħed mill-Membri ta’ dan il-kulleġġ, li kkawżat ksur tal-prinċipju ta’ qorti legali stabbilit fl-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

    L-eżami mill-ġdid għandu jirrigwarda b’mod partikolari l-punt dwar jekk, bħal fil-każ tal-atti msemmija fl-Artikolu 277 TFUE, il-ħatra ta’ Mħallef tistax tkun suġġetta għal stħarriġ tal-legalità inċidentali jew jekk tali stħarriġ tal-legalità inċidentali huwiex – bħala prinċipju jew wara d-dekorriment ta’ ċertu perijodu ta’ żmien – eskluż jew limitat għal ċerti tipi ta’ irregolaritajiet sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà ġuridika u l-awtorità ta’ res judicata.

    (ara d-dispożittiv 2)

    Top