This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TJ0609
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2018.
Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni Ewropea.
FAEG – Infiq eskluż mill-finanzjament – Infiq magħmul minn Franza – Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur – Korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa – Regolamenti (KE) Nru 1290/2005 u (UE) Nru 1306/2013 – Kwalità tajba, ġenwina u li tista’ tiġi kkummerċjalizzata – Kontrolli – Proporzjonalità.
Kawża T-609/17.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2018.
Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni Ewropea.
FAEG – Infiq eskluż mill-finanzjament – Infiq magħmul minn Franza – Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur – Korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa – Regolamenti (KE) Nru 1290/2005 u (UE) Nru 1306/2013 – Kwalità tajba, ġenwina u li tista’ tiġi kkummerċjalizzata – Kontrolli – Proporzjonalità.
Kawża T-609/17.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Franza vs Il-Kummissjoni
(Kawża T‑609/17)
“FAEG – Infiq eskluż mill-finanzjament – Infiq magħmul minn Franza – Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur – Korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa – Regolamenti (KE) Nru 1290/2005 u (UE) Nru 1306/2013 – Kwalità tajba, ġenwina u li tista’ tiġi kkummerċjalizzata – Kontrolli – Proporzjonalità”
1. |
Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Prodotti ta’ kwalità tajba, ġenwina u li tista’ tiġi kkummerċjalizzata – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Natura kummerċjabbli tal-prodott – Evalwazzjoni abbażi tar-rekwiżiti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli (Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 543/2008, Artikoli 15(1), u 16(6), u Nru 612/2009, Artikolu 28(1)) (ara l-punti 28-34) |
2. |
Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Prodotti ta’ kwalità tajba, ġenwina u li tista’ tiġi kkummerċjalizzata – Obbligu ta’ kontroll mill-Istati Membri – Portata (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1306/2013, Artikolu 58(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005, Artikolu 9(1); Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 1276/2008, Artikoli 5(2) u (4), u 6, u Nru 612/2009, Artikolu 28) (ara l-punti 35, 36, 40, 41, 44) |
3. |
Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEG – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Konstatazzjoni ta’ nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll implementata minn Stat Membru – Applikazzjoni ta’ korrezzjoni b’rata fissa – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1306/2013, Artikolu 52(2)) (ara l-punti 45-49) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1144 tas-26 ta’ Ġunju 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR), sa fejn hija teskludi l-pagamenti magħmula mir-Repubblika Franċiża mill-FAEG għal ammont ta’ EUR 120 901 216.61.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż. |