Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TJ0254

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) tal-5 ta’ Ottubru 2020.
    Intermarché Casino Achats vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Kompetizzjoni – Akkordji – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni li tordna spezzjoni – Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Dritt għal rimedju effettiv – Opportunitajiet ugwali għall-partijiet – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għall-invjolabbiltà tad-domiċilju – Indizji suffiċjentement serji – Indizji ta’ parteċipazzjoni fil-ksur issuspettat – Proporzjonalità.
    Kawża T-254/17.

    Court reports – general

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2020:459

     Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) tal-5 ta’ Ottubru 2020 – Intermarché Casino Achats vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-254/17)

    “Kompetizzjoni – Akkordji – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni li tordna spezzjoni – Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Dritt għal rimedju effettiv – Opportunitajiet ugwali għall-partijiet – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għall-invjolabbiltà tad-domiċilju – Indizji suffiċjentement serji – Indizji ta’ parteċipazzjoni fil-ksur issuspettat – Proporzjonalità”

    1. 

    Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Setgħa ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni – Dritt għal rimedju effettiv – Sistema ta’ rimedji ġuridiċi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ effettività, ta’ effikaċja, ta’ ċertezza u ta’ terminu raġonevoli

    (Artikoli 263, 268, 277, 278 u 340 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 157(2); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 20(1) u (4))

    (ara l-punti 54-79)

    2. 

    Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Possibbiltà għall-impriża kkonċernata li tinvoka b’mod sħiħ l-imsemmija drittijiet biss wara li tintbagħat id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – Obbligu tal-Kummissjoni li tinforma lill-impriża bis-suġġett u bl-għan tal-ispezzjoni fl-istadju tal-ewwel miżura meħuda fil-konfront tagħha

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 20)

    (ara l-punti 81-97)

    3. 

    Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Setgħa ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni – Deċiżjoni li tordna spezzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Indikazzjoni, fid-deċiżjoni ta’ spezzjoni, ta’ informazzjoni li tindika ż-żamma, mill-Kummissjoni, ta’ indizji suffiċjentement serji li jippermettu li jiġi ssuspettat ksur – Obbligu li l-imsemmija indizji jiġu żvelati – Assenza

    (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 20(4))

    (ara l-punti 107-112, 120-125)

    4. 

    Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Setgħa ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni – Deċiżjoni li tordna spezzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Obbligu li jiġi indikat b’mod preċiż il-perijodu ta’ ksur issuspettat – Assenza

    (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 20(4))

    (ara l-punti 127-129)

    5. 

    Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Setgħa ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni – Dritt għall-invjolabbiltà tad-domiċilju – Deċiżjoni li tordna spezzjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Tul tal-ispezzjoni – Osservanza ta’ terminu raġonevoli – Evalwazzjoni a posteriori

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 7 u 52(1) u (3); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 20(4))

    (ara l-punti 158-162)

    6. 

    Proċedura ġudizzjarja – Terminu għall-produzzjoni tal-provi – Produzzjoni ta’ provi wara l-iskadenza tat-terminu għal risposta stabbilit permezz ta’ miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura – Rekwiżit ta’ ġustifikazzjoni valida tat-tardività – Assenza – Inammissibbiltà

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 85(1) u (3))

    (ara l-punti 175-183)

    7. 

    Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Setgħa ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni – Dritt għall-invjolabbiltà tad-domiċilju – Obbligu ta’ żamma, mill-Kummissjoni, ta’ indizji suffiċjentement serji li jippermettu li jiġi ssuspettat ksur – Forma tal-indizji li ġġustifikaw id-deċiżjoni ta’ spezzjoni – Assenza ta’ ftuħ ta’ investigazzjoni qabel id-deċiżjoni ta’ spezzjoni – Intervisti qabel il-ftuħ ta’ investigazzjoni – Obbligu ta’ reġistrazzjoni jew ta’ traskrizzjoni formali tal-imsemmija intervisti – Assenza

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 19(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 773/2004, Artikolu 3(1) u (3))

    (ara l-punti 190-218)

    8. 

    Kompetizzjoni – Proċedura Amministrattiva – Setgħa ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni – Dritt għall-invjolabbiltà tad-domiċilju – Obbligu ta’ żamma, mill-Kummissjoni, ta’ indizji suffiċjentementi serji li jippermettu li jiġi ssuspettat ksur – Awturi tal-indizji li ġġustifikaw id-deċiżjoni ta’ spezzjoni – Fornitur li għandu relazzjonijiet mill-qrib mal-awturi preżunti tal-ksur – Ammissibbiltà

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 20(4))

    (ara l-punti 220-232)

    9. 

    Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Setgħa ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni – Dritt għall-invjolabbiltà tad-domiċilju – Obbligu ta’ żamma, mill-Kummissjoni, ta’ indizji suffiċjentementi serji li jippermettu li jiġi ssuspettat ksur – Kontenut tal-indizji li ġġustifikaw id-deċiżjoni ta’ spezzjoni – Sistema probatorja speċifika għall-prattiki miftiehma – Konsegwenza – Livell ta’ rikonoxximent taż-żamma, mill-Kummissjoni, ta’ indizji suffiċjentement serji li jkun inqas minn dak neċessarju għall-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ prattika miftiehma

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 20(4))

    (ara l-punti 233-242)

    10. 

    Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Setgħa ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni – Dritt għall-invjolabbiltà tad-domiċilju – Obbligu ta’ żamma, mill-Kummissjoni, ta’ indizji suffiċjentement serji li jippermettu li jiġi ssuspettat ksur – Kontenut tal-indizji li ġġustifikaw id-deċiżjoni ta’ spezzjoni – Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri – Informazzjoni pubblika – Nuqqas ta’ indizju suffiċjentement serju – Ksur tad-dritt għall-invjolabbiltà tad-domiċilju

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 20(4))

    (ara l-punti 264-281)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1056 final, tad‑9 ta’ Frar 2017, li tordna lir-rikorrenti kif ukoll lill-kumpanniji kollha direttament jew indirettament ikkontrollati minnha sabiex jissottomettu ruħhom għal spezzjoni konformement mal-Artikolu 20(1) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ AT.40466 – Tute 1).

    Dispożittiv

    1) 

    L-Artikolu 1(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017)1056 final, tad-9 ta’ Frar 2017, li tordna lil Intermarché Casino Achats kif ukoll lill-kumpanniji kollha direttament jew indirettament ikkontrollati minnha sabiex jissottomettu ruħhom għal spezzjoni konformement mal-Artikolu 20(1) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ AT.40466 – Tute 1), huwa annullat.

    2) 

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3) 

    Intermarché Casino Achats, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

    Top