Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TJ0198

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2019.
    Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt Actibio konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas – Nefqa eliġibbli – Nota ta’ debitu maħruġa mill-konvenut għall-irkupru tas-somom mħallsa – Affidabbiltà tar-reġistri tal-ħinijiet – Kunflitti ta’ interess.
    Kawża T-198/17.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat‑22 ta’ Jannar 2019 – EKETA vs Il‑Kummissjoni

    (Kawża T‑198/17)

    “Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt Actibio konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas – Nefqa eliġibbli – Nota ta’ debitu maħruġa mill-konvenut għall-irkupru tas-somom mħallsa – Affidabbiltà tar-reġistri tal-ħinijiet – Kunflitti ta’ interess”

    1. 

    Drittijiet fundamentali – Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt għal amministrazzjoni tajba – Rekwiżit ta’ imparzjalità – Inapplikabbiltà fil-kuntest tar-relazzjonijiet kuntrattwali – Osservanza tal-prinċipji ta’ eżekuzzjoni bona fide tal-kuntratti u ta’ proporzjonalità – Eżistenza ta’ kunflitt ta’ interessi bejn il-benefiċjarju ta’ għajnuna finanzjarja u l-kuntratturi tiegħu – Ksur

    (Artikolu 5(4) TUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1))

    (ara l-punti 41 sa 43, 64)

    2. 

    Baġit tal-Unjoni Ewropea – Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Ġustifikazzjoni tal-ispejjeż sostnuti – Kawża mressqa mill-Kummissjoni għall-irkupru ta’ pagamenti mħallsa bil-quddiem – Tqassim tal-oneru tal-prova

    (Artikolu 272 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2321/2002, Artikoli 12(2) u 14(2)(a))

    (ara l-punti 44 sa 46, 48 sa 50)

    3. 

    Proċedura ġudizzjarja – Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ programm speċifiku ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni – Rifjut tal-Kummissjoni li tqis bħala nefqa eliġibbli ċerti somom imħallsa bil-quddiem lill-benefiċjarju abbażi tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti – Deċiżjoni bbażata fuq diversi motivi, li wieħed minnhom jikkostitwixxi fih innifsu bażi suffiċjenti u valida sabiex isostniha – Invalidità tal-motivi l-oħrajn tad-deċiżjoni – Assenza ta’ effett

    (Artikolu 272 TFUE)

    (ara l-punt 65)

    4. 

    Baġit tal-Unjoni Ewropea – Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Finanzjament li jirrigwarda biss l-ispejjeż effettivament sostnuti – Ġustifikazzjoni tar-realtà tal-ispejjeż iddikjarati – Spejjeż tal-persunal – Produzzjoni ta’ reġistri tal-ħinijiet – Natura mhux affidabbli minħabba kunflitt ta’ interessi bejn il-benefiċjarju u l-kuntratturi tiegħu – Produzzjoni ta’ dokumenti li jeħtieġu, għall-Kummissjoni, investiment kunsiderevoli sabiex tiddetermina l-ħin tax-xogħol effettivament imwettaq – Ksur tal-obbligu għall-benefiċjarju li jikkollabora b’bona fide mal-Kummissjoni

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1906/2006, Artikolu 31(3)(a) u (c)); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 172a(1))

    (ara l-punti 67, 71, 76, 78, 79)

    5. 

    Baġit tal-Unjoni Ewropea – Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ programm speċifiku ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni – Kundizzjonijiet ta’ ineliġibbiltà tal-ispejjeż – Kunflitt ta’ interessi tal-benefiċjarju – Kunċett – Konsegwenzi – Irkupru tal-ammonti mħallsa lill-benefiċjarju

    (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 183)

    (ara l-punt 91)

    6. 

    Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) – Investigazzjonijiet – Għeluq mingħajr tkomplija – Konsegwenzi – Konstatazzjonijiet magħmula matul l-investigazzjoni – Possibbiltà għall-istituzzjoni destinatarja tal-investigazzjoni li tagħti segwitu għaliha

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2013, premessa 31 u Artikolu 11(4) u (7))

    (ara l-punti 94, 95)

    7. 

    Baġit tal-Unjoni Ewropea – Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Finanzjament li jkopri biss l-ispejjeż fil-fatt sostnuti – Ġustifikazzjoni tar-realtà tal-ispejjeż iddikjarati – Provi prodotti mill-benefiċjarju – Evalwazzjoni

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2321/2002)

    (ara l-punt 107)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża, minn naħa, għall-konstatazzjoni li d-dejn imsemmi fin-nota ta’ debitu Nru 3241615335 tal-Kummissjoni tad‑29 ta’ Novembru 2016, skont liema r-rikorrenti kellha tirrimborsa lilha l-ammont ta’ EUR 38241 mis-sussidju rċevut minnha għal studju fuq il-proġett Actibio, huwa infondat fir-rigward tal-ammont ta’ EUR 9353,56 u, min-naħa l-oħra, li dan l-ammont jikkorrispondi ma’ nefqa eliġibbli li r-rikorrenti ma hijiex obbligata li tirrimborsa.

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2) 

    Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top