Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TJ0054

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Lulju 2018.
Coalition for Life and Family (CLF) vs Il-Parlament Ewropew.
Dritt istituzzjonali – Il-Parlament Ewropew – Deċiżjoni li tagħti sussidju lil partit politiku – Prefinanzjament iffissat għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju mogħti – Obbligu li tipprovdi garanzija bankarja ta’ prefinanzjament – Regolament Finanzjarju – Regoli li jimplimentaw ir-Regolament Finanzjarju – Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament.
Kawża T-54/17.

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal‑11 ta’ Lulju 2018 –
CLF vs Il‑Parlament

(Kawża T‑54/17)

“Dritt istituzzjonali – Il-Parlament Ewropew – Deċiżjoni li tagħti sussidju lil partit politiku – Prefinanzjament iffissat għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju mogħti – Obbligu li tipprovdi garanzija bankarja ta’ prefinanzjament – Regolament Finanzjarju – Regoli li jimplimentaw ir-Regolament Finanzjarju – Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament”

1. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Portata

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47)

(ara l-punt 37)

2. 

Il-Parlament Ewropew – Finanzjament tal-partiti politiċi f’livell Ewropew – Għoti ta’ sussidji – Evalwazzjoni tar-riskju għall-baġit u għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni – Kriterji – Teħid inkunsiderazzjoni tad-diffikultà li tevalwa l-vijabbiltà amministrattiva u finanzjarja ta’ partit politiku li għadu kif inħoloq – Ammissibbiltà

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2004/2003, Artikoli 3(1), 8 u 10(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/2012, Artikolu 202(2); Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew li jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 2004/2003, Artikolu 7(3))

(ara l-punti 49 sa 51, 53, 55, 56)

3. 

Il-Parlament Ewropew – Finanzjament tal-partiti politiċi fil-livell Ewropew – Għoti ta’ sussidji – Kundizzjonijiet – Obbligu ta’ sodisfazzjoni fid-data tal-preżentata tat-talba għal finanzjament – Portata

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2004/2003, Artikoli 3(1)(b), 4(3), u 5(3); Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew li jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 2004/2003, Artikolu 3(1) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2))

(ara l-punti 63, 64, 66, 67)

4. 

Rikors għal annullament – Stħarriġ tal-legalità – Kriterji – Teħid inkunsiderazzjoni biss tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi eżistenti fid-data tal-adozzjoni tal-att kontenzjuż

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 69)

5. 

Il-Parlament Ewropew – Finanzjament tal-partiti politiċi fil-livell Ewropew – Għoti ta’ sussidji – Kundizzjonijiet – Osservanza tal-prinċipji bażiċi tal-Unjoni – Teħid inkunsiderazzjoni tal-assenza ta’ elementi relatati ma’ partit li għadu kif inħoloq sabiex jiġi evalwat is-sodisfazzjon tal-kundizzjoni – Ammissibbiltà

(Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2004/2003, Artikoli 3(1)(c) u 5(3), u Nru 966/2012, Artikolu 134(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/2012, Artikolu 206(1))

(ara l-punti 78, 79, 82, 83, 87, 88)

6. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Proporzjonalità – Portata

(Artikolu 5(4) TUE)

(ara l-punt 94)

7. 

Proċedura ġudizzjarja – Talba għal miżuri istruttorji u ta’ organizzazzjoni tal-proċedura – Kundizzjonijiet

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 88(2))

(ara l-punt 103)

8. 

Il-Parlament Ewropew – Finanzjament tal-partiti politiċi fil-livell Ewropew – Għoti ta’ sussidji – Kundizzjonijiet – Trattament iddifferenzjat tal-partiti politiċi li għadhom kif inħolqu meta mqabbla ma’ dawk stabbiliti – Ammissibbiltà

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2004/2003; Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew li jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 2004/2003)

(ara l-punti 116, 120, 121)

9. 

Il-Parlament Ewropew – Finanzjament tal-partiti politiċi fil-livell Ewropew – Rifjut ta’ talba għal sussidju – Ksur tad-drittijiet għal-libertà ta’ espressjoni u għal-libertà ta’ assoċjazzjoni – Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 11 u 12; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2004/2003)

(ara l-punt 128)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew FINS‑2017‑16 tat‑12 ta’ Diċembru 2016 dwar l-għoti ta’ sussidju lir-rikorrent, sa fejn din id-deċiżjoni tillimita l-prefinanzjament għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju u tissuġġetta dan il-ħlas għall-provvista ta’ garanzija bankarja.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Coalition for Life and Family (CLF) huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Top