EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TJ0012

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Settembru 2018.
Mellifera eV, Vereinigung für wesensgemäße Bienenhaltung vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Protezzjoni tal-konsumaturi – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1056 – Regolament ta’ Implimentazzjoni li jestendi l-perijodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva ‘glifosat’ – Regolament (KE) Nru 1367/2006 – Talba għal reviżjoni interna – Artikolu 2(1)(g) u Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 – Miżura ta’ portata individwali – Konvenzjoni ta’ Aarhus.
Kawża T-12/17.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

Kawża T‑12/17

Mellifera eV, Vereinigung für wesensgemäße Bienenhaltung

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Protezzjoni tal-konsumaturi – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1056 – Regolament ta’ Implimentazzjoni li jestendi l-perijodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva ‘glifosat’ – Regolament (KE) Nru 1367/2006 – Talba għal reviżjoni interna – Artikolu 2(1)(g) u Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 – Miżura ta’ portata individwali – Konvenzjoni ta’ Aarhus”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Settembru 2018

  1. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Interess ġuridiku – Rikors dirett kontra deċiżjoni ta’ rifjut għal reviżjoni interna ta’ att amministrattiv taħt id-dritt dwar l-ambjent – Rikors intiż sabiex jiġi evitat li l-illegalità li biha att ta’ istituzzjoni jew ta’ korp tal-Unjoni jkun allegatament ivvizzjat ma terġax isseħħ fil-futur – Żamma tal-interess ġuridiku – Ammissibbiltà

    (L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1367/2006, Artikoli 2(1)(g) u 10(1))

  2. Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni – Inammissibbiltà – Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja bis-saħħa tar-Regolament Nru 1367/2006 – Assenza ta’ effett

    (Artikolu 266 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1367/2006, Artikolu 12)

  3. Atti tal-istituzzjonijiet – Regolament ta’ Implimentazzjoni li jestendi l-perijodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva ‘glifosat’ – Att ta’ portata ġenerali – Assenza ta’ att amministrattiv li jista’ jkun is-suġġett ta’ talba għal reviżjoni interna bis-saħħa tar-Regolament Nru 1367/2006

    (Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1367/2006, Artikoli 2(1)(g) u 10, u Nru 1107/2009, Artikolu 13(2), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17, u Artikolu 20; Regolament tal-Kummissjoni 2016/1056)

  4. Ftehimiet internazzjonali – Ftehimiet tal-Unjoni – Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (Konvenzjoni ta’ Aarhus) – Effetti – Supremazija fuq l-atti tad-dritt sekondarju tal-Unjoni – Eżami tal-legalità ta’ att tad-dritt sekondarju tal-Unjoni fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija konvenzjoni – Kundizzjonijiet

    (Konvenzjoni ta’ Aarhus, Artikolu 9(3))

  5. Ftehimiet internazzjonali – Ftehimiet tal-Unjoni – Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (Konvenzjoni ta’ Aarhus) – Effetti – Supremazija fuq l-atti tad-dritt sekondarju tal-Unjoni – Interpretazzjoni tad-dritt sekondarju fid-dawl tal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni – Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi – Limiti

    (Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1107/2009, Artikolu 17 u Nru 1367/2006, Artikoli 2(1)(g) u 10(1))

  1.  Ir-rikorrenti għandha interess sabiex titlob l-annullament ta’ att ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea sabiex jiġi evitat li l-illegalità allegata tiegħu ma terġax isseħħ fil-futur. Madankollu tali interess ġuridiku jista’ jeżisti biss jekk l-illegalità allegata tkun tista’ sseħħ mill-ġdid fil-futur, indipendentement miċ-ċirkustanzi tal-kawża li tat lok għar-rikors ippreżentat mir-rikorrent. Dan huwa l-każ peress li, fir-rigward ta’ rikors dirett kontra deċiżjoni ta’ rifjut ta’ reviżjoni interna ta’ att amministrattiv abbażi tad-dritt ambjentali, l-illegalità allegata hija bbażata fuq interpretazzjoni tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità Ewropea tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali, moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(g) tal-imsemmi regolament, li l-Kummissjoni probabbilment tirrepeti fil-każ ta’ talba ġdida.

    (ara l-punti 28, 29)

  2.  Fil-kuntest ta’ rikors għal annullament, il-kompetenza tal-qorti tal-Unjoni hija limitata għall-istħarriġ tal-legalità tal-att ikkontestat u l-Qorti Ġenerali ma tistax, fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħha, tindirizza ordni ta’ inibizzjoni lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Dan japplika wkoll fil-każ ta’ rikors kontra deċiżjoni ta’ rifjut għal reviżjoni interna ta’ att amministrattiv taħt il-liġi ambjentali. Fil-fatt, meta jagħti lill-applikant id-dritt li jressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1367/2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità Ewropea tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali, jirreferi biss għad-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni b’risposta għat-talba għal reviżjoni interna. Minkejja li huwa inerenti f’talba għal reviżjoni interna ta’ att amministrattiv li l-applikant jikkontesta l-legalità jew il-fondatezza tal-att imsemmi, dan ma jfissirx li r-rikorrent jista’ jqajjem, fil-kuntest ta’ rikors għal annullament ippreżentat kontra r-rifjut ta’ reviżjoni, argumenti li jikkontestaw direttament il-legalità jew il-fondatezza tal-att imsemmi.

    (ara l-punti 33, 35)

  3.  Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ sustanza attiva skont l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1107/2009, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, bħar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 2016/1056 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva ‘glifosat’, għandu jitqies bħala miżura ta’ portata ġenerali u li, konsegwentement, ma jikkostitwixxix att amministrattiv fis-sens tal-Artikolu 2(1)(g) u tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità Ewropea tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali.

    L-għan u l-kontenut tal-miżura prevista fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1107/2009 ma humiex limitati li jagħtu lill-applikant għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva protezzjoni kontra r-riskju li l-proċedura ta’ tiġdid inkwistjoni tkun ittardjata għal raġunijiet lil hinn mir-rieda tal-imsemmi applikant. Fil-fatt, Regolament ta’ Implimentazzjoni adottat abbażi tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1107/2009 jestendi l-approvazzjoni tas-sustanza attiva inkwistjoni għal ċertu perijodu. Din il-miżura għandha għalhekk l-istess konsegwenzi bħal Regolament ta’ Implimentazzjoni li jirrigwarda l-approvazzjoni inizjali ta’ tali sustanza skont l-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-regolament jew regolament fir-rigward ta’ tiġdid tal-approvazzjoni skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-regolament.

    (ara l-punti 57, 58, 65)

  4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 85)

  5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 87)

Top