This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CO0717
Digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzj tal-5 ta’ Settembru 2018.
Comitetul cetăţenilor ai iniţiativei cetăţeneşti europene Minority SafePack - one million signatures for diversity in Europe vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell – Intervent – It-tieni sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea – Tilwima bejn Stat Membru u istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea – Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej ‘Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe’ – Talba għal intervent imressqa mill-organizzaturi ta’ din l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej – Ċaħda.
Kawża C-717/17 P(I).

Digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑5 ta’ Settembru 2018 – Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe vs Ir‑Rumanija u Il‑Kummissjoni
(Kawża C‑717/17 P(I))
“Appell – Intervent – It-tieni sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea – Tilwima bejn Stat Membru u istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea – Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej ‘Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe’ – Talba għal intervent imressqa mill-organizzaturi ta’ din l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej – Ċaħda”
1. |
Proċedura ġudizzjarja – Intervent – Persuni interessati – Talba għal intervent imressqa minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi fil-kawżi bejn Stat Membru u istituzzjoni tal-Unjoni – Inammissibbiltà (Artikolu 13(1) TUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 40) (ara l-punti 23, 24, 33, 37) |
2. |
Ċittadinanza tal-Unjoni – Drittijiet taċ-ċittadin – Preżentazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini – Regolament Nru 211/2011 – Proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini li ma tistax tiġi assimilata mal-proposti intiżi għall-adozzjoni ta’ atti ġuridiċi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 211/2011) (ara l-punti 30, 31) |
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Il-Comitetul cetăţenilor ai iniţiativei cetăţeneşti europene Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mir-Rumanija. |
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |