Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CO0632

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Novembru 2018.
    Powszechna Kasa Oszczędności (PKO) Bank Polski S.A. w Warszawie vs Jacek Michalski.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 2008/48/KE – Proċedura ta’ ordni għal ħlas ibbażata fuq estratt ta’ kotba tal-bank – Impossibbiltà li l-qorti tikkonstata n-natura inġusta eventwali ta’ klawżoli kuntrattwali fl-assenza ta’ rikors mill-konsumatur.
    Kawża C-632/17.

    Court reports – general

    Kawża C‑632/17

    Powszechna Kasa Oszczędności (PKO) Bank Polski S.A.

    vs

    Jacek Michalski

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mis-Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 2008/48/KE – Proċedura ta’ ordni għal ħlas ibbażata fuq estratt ta’ kotba tal-bank – Impossibbiltà li l-qorti tikkonstata n-natura inġusta eventwali ta’ klawżoli kuntrattwali fl-assenza ta’ rikors mill-konsumatur”

    Sommarju – Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat‑28 ta’ Novembru 2018

    1. Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Obbligu għall-qorti nazzjonali li teżamina ex officio n-natura inġusta ta’ klawżola li tinsab f’kuntratt imressaq għall-evalwazzjoni tagħha – Portata – Limiti – Inapplikabbiltà fl-assenza tal-elementi ta’ liġi u ta’ fatt neċessarji għall-istħarriġ tagħha

      (Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikolu 7(1))

    2. Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttivi 93/13 u 2008/48 – Mezzi intiżi sabiex jitwaqqaf l-użu ta’ klawżoli inġusti – Proċedura ta’ ordni għal ħlas ibbażata fuq estratt ta’ kotba tal-bank – Impossibbiltà li l-qorti tikkonstata n-natura inġusta eventwali ta’ klawżoli kuntrattwali – Inammissibbiltà

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/48, Artikolu 10; Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikolu 7(1))

    3. Protezzjoni tal-konsumaturi – Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur – Direttiva 2008/48 – Rekwiżiti relatati mal-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-kuntratt – Suġġett – Obbligu għall-qorti nazzjonali li teżamina ex officio l-osservanza ta’ dawn ir-rekwiżiti u li tislet il-konsegwenzi minnhom – Limiti

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/48, premessa 31 u Artikolu 10)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 36, 38)

    2.  L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal‑5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, kif ukoll l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti li jinħareġ digriet ta’ ordni ta’ ħlas, ibbażat fuq estratt mill-kotba kontabbli ta’ bank, bħala prova tal-eżistenza tal-kreditu li jirriżulta minn kuntratt ta’ kreditu għall-konsum, meta l-qorti adita b’rikors għal ordni ta’ ħlas ma jkollhiex is-setgħa li twettaq eżami tan-natura eventwalment inġusta tal-klawżoli ta’ dan il-kuntratt u li tiżgura ruħha mill-preżenza tal-informazzjoni indikata fl-imsemmi Artikolu 10, peress li l-modalitajiet ta’ eżerċizzju tad-dritt li ssir kontestazzjoni għal tali digriet ma jkunux jippermettu li jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet li l-konsumatur jislet minn dawn id-direttivi.

      Barra minn hekk, il-modalitajiet proċedurali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn jeżiġu mill-konsumatur li jipproduċi, f’terminu ta’ ġimgħatejn sa minn meta jirċievi d-digriet ta’ ordni ta’ ħlas, il-punti ta’ fatt u l-provi li jippermettu lill-qorti twettaq l-evalwazzjoni tagħha u, min-naħa l-oħra, jippenalizzawh fil-mod kif jiġu kkalkolati l-ispejjeż ġudizzjarji, iwasslu għal riskju li l-konsumatur inkwistjoni ma jagħmilx il-kontestazzjoni neċessarja (ara, f’dan is-sens, sentenza tat‑13 ta’ Settembru 2018, Profi Credit Polska, C‑176/17, EU:C:2018:711, punti 69 u 70).

      (ara l-punti 48, 53 u d-dispożittiv)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 51)

    Top