EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CO0406(01)

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Mejju 2019.
Acea Energia SpA et vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato et.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Direttiva 2005/29/KE — Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fir-rigward tal-konsumaturifis-suq intern — Direttiva 2009/72/KE — Suq intern tal-elettriku — Direttiva 2009/73/KE — Suq intern tal-gass naturali — Direttiva 2011/83/UE — Prattiki kummerċjali aggressivi — Konklużjoni ta’ kuntratti ta’ provvista tal-elettriku u tal-gass naturali li ma kinux mitluba mill-konsumaturi — Konklużjoni ta’ kuntratti ta’ provvista mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju bi ksur tad-drittijiet tal-konsumatur — Awtorità kompetenti sabiex tawtorizza dawn il-prattiki.
Kawżi magħquda C-406/17 sa C-408/17 u C-417/17.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Mejju 2019 –
Acea Energia et

(Kawżi magħquda C-406/17 sa C-408/17 u C-417/17) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Direttiva 2005/29/KE — Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fir-rigward tal-konsumaturifis-suq intern — Direttiva 2009/72/KE — Suq intern tal-elettriku — Direttiva 2009/73/KE — Suq intern tal-gass naturali — Direttiva 2011/83/UE — Prattiki kummerċjali aggressivi — Konklużjoni ta’ kuntratti ta’ provvista tal-elettriku u tal-gass naturali li ma kinux mitluba mill-konsumaturi — Konklużjoni ta’ kuntratti ta’ provvista mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju bi ksur tad-drittijiet tal-konsumatur — Awtorità kompetenti sabiex tawtorizza dawn il-prattiki”

1. 

Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Identifikazzjoni tal-punti rilevanti tad-dritt tal-Unjoni – Riformulazzjoni tad-domandi

(Artikolu 267 TFUE)

(ara l-punti 42, 43)

2. 

Protezzjoni tal-konsumaturi – Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi – Directive 2005/29 – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 3(4) – Kunċett ta’ kunflitt

(ara l-punt 49)

3. 

Protezzjoni tal-konsumaturi – Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi – Direttivi 2005/29 u 2011/83 – Kamp ta' applikazzjoni

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/29, Artikolu 3(4), u Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2011/83, Artikolu 3(2))

(ara l-punt 62 u d-dispożittiv)

Dispożittiv

L-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll l-Artikolu 3(2) Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandhom jiġu interpretati bħala li ma jipprekludux ir-regoli nazzjonali li skonthom l-aġir, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkonsisti fil-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ provvista li ma jkunux intalbu mill-konsumaturi jew li jiġu konklużi kuntratti mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju bi ksur tad-drittijiet tal-konsumaturi, għandhom jiġu evalwati fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rispettivi tad-Direttivi 2005/29 u 2011/83, bil-konsegwenza li, skont dawn ir-regoli nazzjonali, l-awtorità regolatorja settorjali, fis-sens tad- Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE u tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE, mhix kompetenti sabiex tawtorizza tali aġir.


( 1 ) ĠU C 338 tad-9.10.2017.

Top