EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CO0211

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2019.
SC Topaz Development SRL vs Constantin Juncu u Raisa Juncu.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Konvenju redatt mill-aġent tal-proprjetà u awtentikat minn nutar – Artikolu 3(2) u Artikolu 4(1) – Prova tan-natura nnegozjata tal-klawżoli – Preżunzjoni – Firma tal-kuntratt mill-konsumatur – Artikolu 3(3) – Il-punt 1(d) sa (f) u (i) tal-Anness – Klawżola riżolutorja espressa – Klawżola penali – Natura inġusta – Artikoli 6 u 7 – Possibbiltà għall-qorti nazzjonali li temenda l-klawżola li n-natura inġusta tagħha tkun ġiet ikkonstatata.
Kawża C-211/17.

Court reports – general

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2019:906

 Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal‑24 ta’ Ottubru 2019 –
Topaz

(Kawża C-211/17) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Konvenju redatt mill-aġent tal-proprjetà u awtentikat minn nutar – Artikolu 3(2) u Artikolu 4(1) – Prova tan-natura nnegozjata tal-klawżoli – Preżunzjoni – Firma tal-kuntratt mill-konsumatur – Artikolu 3(3) – Il-punt 1(d) sa (f) u (i) tal-Anness – Klawżola riżolutorja espressa – Klawżola penali – Natura inġusta – Artikoli 6 u 7 – Possibbiltà għall-qorti nazzjonali li temenda l-klawżola li n-natura inġusta tagħha tkun ġiet ikkonstatata”

1. 

Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Neċessità ta’ deċiżjoni preliminari u rilevanza tal-kwistjonijiet imqajma – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali –Preżunzjoni ta’ rilevanza tad-domandi magħmula

(Artikolu 267 TFUE)

(ara l-punti 37, 38)

2. 

Domandi preliminari – Risposta li tkun tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza – Applikazzjoni tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 99)

(ara l-punti 41, 42)

3. 

Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Klawżola inġusta fis-sens tal-Artikolu 3 – Klawżoli ta’ kuntratt ta’ konvenju redatti minn qabel mill-bejjiegħ jew fornitur – Preżunzjoni ta’ assenza ta’ negozjar individwali ta’ dawn il-klawżoli – Iffirmar tal-kuntratt mill-konsumatur – Assenza ta’ konfutazzjoni tal-imsemmija preżunzjoni – Kuntratt awtentifikat minn nutar u trażmess lill-konsumatur qabel il-konklużjoni tiegħu – Assenza ta’ effett

(Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikoli 3(2) u 4(1))

(ara l-punti 47-51, u d-dispożittiv 1)

4. 

Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Klawżola inġusta fis-sens tal-Artikolu 3 – Kunċett – Klawżola riżolutorja espressa u klawżola penali ta’ kuntratt ta’ konvenju stabbiliti esklużivament favur bejjiegħ jew fornitur u redatti minn qabel minn dawn tal-aħħar – Inklużjoni – Evalwazzjoni tan-natura inġusta mill-qorti nazzjonali

(Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikolu 3(1); punt 1(d), (e) u (f) tal-Anness))

(ara l-punti 55, 57, 59, 61, 65, 66, u d-dispożittiv 2)

5. 

Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola – Portata – Revizjoni mill-qorti nazzjonali tal-kontenut ta’ klawżola inġusta – Inammissibbiltà – Sostituzzjoni ta’ klawżola inġusta b’deċiżjoni tal-qorti nazzjonali – Inammissibbiltà – Eċċezzjoni

(Direttiva tal-Kunsill 93/13, l-erba’ u għoxrin premessa u Artikolu 6)

(ara l-punt 75-78, u d-dispożittiv 3)

Dispożittiv

1) 

L-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal‑5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, is-sempliċi ffirmar ta’ kuntratt konkluż minn konsumatur ma’ bejjiegħ jew fornitur, li jistipula li, permezz tiegħu, dan il-konsumatur jaċċetta l-klawżoli kuntrattwali kollha redatti minn qabel mill-bejjiegħ jew fornitur, ma jagħtix lok sabiex tinqaleb il-preżunzjoni li tali klawżoli ma kinux ġew innegozjati individwalment.

2) 

L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 93/13, moqri flimkien mal-Anness tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola riżolutorja espressa u klawżola penali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jinsabu f’kuntratt konkluż minn konsumatur ma’ bejjiegħ jew fornitur, stabbiliti esklużivament favur dan tal-aħħar u li jkun irredieġa minn qabel, jistgħu jikkostitwixxu klawżoli inġusti msemmija fil-punt 1(d) sa (f) ta’ dan l-anness, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.

3) 

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta tingħata deċiżjoni li tikkonstata li klawżola riżolutorja espressa u klawżola penali li jinsabu f’konvenju konkluż bejn konsumatur u bejjiegħ jew fornitur ikunu inġusti, il-qorti nazzjonali ma tistax tirrimedja għan-nullità ta’ dawn il-klawżoli inġusti billi tissostitwixxihom bid-deċiżjoni tagħha nnifisha sakemm ma jitqiesx li dan il-kuntratt ikun jista’ jissussisti fil-każ ta’ tneħħija ta’ dawn il-klawżoli inġusti u sakemm l-annullament tal-imsemmi kuntratt fl-intier tiegħu jesponi lill-konsumatur għal konsegwenzi partikolarment dannużi.


( 1 ) ĠU C 249 tal‑31.7.2017.

Top