EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CO0131

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017.
Hélder José Cunha Martins vs Fundo de Garantia Automóvel.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 47 – Dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali – Assenza ta’ domanda li tirrigwarda regola tad-dritt tal-Unjoni minbarra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Kawża C-131/17.

Court reports – general

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is‑Sitt Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 – Cunha Martins

(Kawża C‑131/17) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 47 – Dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali – Assenza ta’ domanda li tirrigwarda regola tad-dritt tal-Unjoni minbarra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”

Domandi preliminari–Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja–Limiti–Talba għall-interpretazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni–Suġġett tat-tilwima nazzjonali li ma għandu ebda element ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni–Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

(Artikolu 267 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 47 u 51(1); Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 94)

(ara l-punti 9-20)

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi d-domandi magħmula mit-Tribunal de Relação do Porto (il-Qorti tal-Appell ta’ Porto, il-Portugall).


( 1 ) ĠU C 168, 29.5.2017.

Top