Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CO0126

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Frar 2018.
    ERSTE Bank Hungary Zrt vs Orsolya Czakó.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Artikolu 4(2), Artikolu 5 u Artikolu 6(1) – Klawżoli li jiddefinixxu s-suġġett prinċipali tal-kuntratt – Kuntratt ta’ self konkluż f’munita barranija – Portata tal-kunċett “abbozzati b’lingwaġġ sempliċi u ċar” – Invalidità parzjali jew totali tal-kuntratt.
    Kawża C-126/17.

    Court reports – general

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 – ERSTE Bank Hungary

    (Kawża C-126/17) ( 1 )

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Artikolu 4(2), Artikolu 5 u Artikolu 6(1) – Klawżoli li jiddefinixxu s-suġġett prinċipali tal-kuntratt – Kuntratt ta’ self konkluż f’munita barranija – Portata tal-kunċett “abbozzati b’lingwaġġ sempliċi u ċar” – Invalidità parzjali jew totali tal-kuntratt”

    1. 

    Protezzjoni tal-konsumaturi–Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi–Direttiva 93/13–Kamp ta’ applikazzjoni–Klawżoli li jiddefinixxu s-suġġett prinċipali tal-kuntratt jew li jirrigwardaw il-prezz jew ir-remunerazzjoni u s-servizzi jew il-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bħala korrispettiv–Klawżola integrata f’kuntratt ta’ self konkluż f’munita barranija li timponi lill-konsumatur ir-rimbors tal-imsemmi self f’din l-istess munita–Inklużjoni–Kundizzjonijiet–Obbligu li jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti ta’ intelliġibbiltà u ta’ trasparenza–Portata

    (Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikoli 4(2) u 5)

    (ara l-punt 35, id-dispożittiv 1)

    2. 

    Protezzjoni tal-konsumaturi–Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi–Directive 93/13–Dikjarazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola–Portata–80290 / Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-qorti nazzjonali, li tikkonstata l-invalidità ta’ klawżola inġusta, li tissostitwixxiha b’dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali li għandha natura supplimentari–Ammissibbiltà

    (Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikolu 6(1))

    (ara l-punti 40, 41, id-dispożittiv 2)

    Dispożittiv

    1) 

    L-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13/KEE tal-Kunsill tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jissodisfaw ir-rekwiżit li l-klawżoli kuntrattwali għandhom jiġu abbozzati b’lingwaġġ sempliċi u ċar, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-klawżoli ta’ kuntratt ta’ self konkluż bejn konsumatur u bank, fi Stat Membru, fejn is-somma ta’ flus li ser issir disponibbli għal dan il-konsumatur, espressa f’munita barranija bħala l-valuta tal-kont, iddefinita fir-rigward tal-valuta tal-pagament, hija indikata b’mod ċar. Sa fejn id-determinazzjoni ta’ din is-somma tiddependi fuq ir-rata tal-kambju fis-seħħ fid-data tar-rilaxx tal-fondi, dan ir-rekwiżit jeħtieġ li l-metodi ta’ kalkolu tas-somma effettivament mislufa kif ukoll ir-rata tal-kambju applikabbli jkunu trasparenti, sabiex konsumatur medju, normalment informat u raġonevolment attent u avżat, jista’ jevalwa, fuq il-bażi ta’ kriterji preċiżi u intelliġibbli, il-konsegwenzi ekonomiċi li jirriżultaw minn dan il-kuntratt, inkluż, b’mod partikolari, l-ispiża totali tas-self tiegħu.

    2) 

    L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li qorti nazzjonali tikkonstata n-natura inġusta tal-klawżoli ta’ kuntratt ta’ self konkluż bejn konsumatur u bank, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, din id-dispożizzjoni ma tipprekludix lil din il-qorti milli tiddikjara l-invalidità ta’ dan il-kuntratt kollu jekk dan ma jistax jibqa’ applikabbli wara t-tneħħija ta’ dawn il-klawżoli.


    ( 1 ) ĠU C 221, 10.7.2017.

    Top