Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CJ0599

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018.
Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2392 – Senjalazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ ksur attwali jew potenzjali tar-regolament dwar l-abbuż tas-suq – Assenza ta’ komunikazzjoni jew nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst.
Kawża C-599/17.

Court reports – general

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal‑4 ta’ Ottubru 2018 –
Il‑Kummissjoni vs Spanja

(Kawża C‑599/17) ( 1 )

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2392 – Senjalazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ ksur attwali jew potenzjali tar-regolament dwar l-abbuż tas-suq – Assenza ta’ komunikazzjoni jew nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”

1. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata

(Artikolu 258 TFUE)

(ara l-punt 14)

2. 

Atti tal-istituzzjonijiet – Direttivi – Implimentazzjoni mill-Istati Membri – Neċessità ta’ traspożizzjoni ċara u preċiża – Direttiva intiża li toħloq drittijiet lill-individwi – Pubblikazzjoni, fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali, ta’ riżoluzzjoni mill-awtorità kompetenti mingħajr ma tagħti dettalji tal-valur legali tagħha – Inammissibbiltà

(it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Direttiva tal-Kummissjoni 2015/2392)

(ara l-punti 19, 20)

3. 

Atti tal-istituzzjonijiet – Direttivi – Implimentazzjoni mill-Istati Membri – Traspożizzjoni ta’ direttiva mingħajr azzjoni leġiżlattiva – Inammissibbiltà fil-każ ta’ rekwiżit espress ta’ riferiment għad-direttiva

(it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Direttiva tal-Kummissjoni 2015/2392, Artikolu 13)

(ara l-punt 21)

4. 

Stat Membru – Obbligi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern – Inammissibbiltà

(Artikolu 258 TFUE)

(ara l-punt 23)

Dispożittiv

1) 

Billi naqset milli tadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2392 tas‑17 ta’ Settembru 2015 dwar ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam ma’ rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti ta’ ksur attwali jew potenzjali ta’ dan ir-Regolament, u billi naqset li tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea it-test tal-miżuri li ttieħdu sabiex tiġi żgurata t-transpożiżżjoni ta’ din id-direttiva ta’ implimentazzjoni, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-istess direttiva ta’ implimentazzjoni, b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artiklu 13 ta’ din id-direttiva.

2) 

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 5, 8.1.2018.

Top